Ħa u qed ikompli jieħu din il-posizzjoni minkejja li suppost jaf din l-azzjoni tal-Korea ta’ Fuq tikser mill-anqas żewġ riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonjiet Uniti, Riżoluzzjoni 1718 u 1874. Tant hu hekk li proprju nhar il-Ġimgħa li għadda wara li l-Korea ta’ Fuq sparat il-missila, anke jekk falliet, in-Nazzjonijiet Uniti reġgħet ikkundannat din l-azzjoni tal-Korea ta’ Fuq.
Il-posizzjoni ta’ Joseph Muscat mhux biss hija perikoluża għax qed jaddotta posizzjoni kontra dik tan-Nazzjonijiet Uniti u allura kieku kien Prim Ministru kien jiżolana mill-komunita’ internazzjonali, iżda perikoluż fuq kollox għax qed jerġa’ joħodna fis-snin koroh ta’ meta Gvern Soċjalista kien iħossu komdu fi ħbiberija ma’ dittaturi u saħansitra jiffirma ftehim li permezz tiegħu pulizija u suldati maltin ġew imħarrġa minn ufficjali Koreani. Liema ftehim inżamm sigriet mill-istess poplu Malti minn Alex Sceberras Trigona u sħabu tal-era ta’ Dom Mintoff. Liema persuni mhux biss sabu posthom lura fil-Partit Laburista, iżda jidher car li saru mill-ġdid il-protagonisti.
Stat sovran għandu drittijiet pero m’għandu ebda dritt jisfida u jinki bl-aġir tiegħu. Stat sovran għandu jpoġġi l-interessi taċ-ċittadini tiegħu fuq quddiem nett, mhux kif qed jagħmel ir-reġim Korean li jippreferi jħalli lil niesu jmutu bil-ġuħ biex minflok jonfoq il-flus fuq wirjiet li huma intiżi biex ibeżżgħu lill-komunita’ internazzjonali. Jekk Muscat mhux jagħraf dan, allura verament pajjiżna qiegħed fil-periklu għax għandu Kap tal-Opposizzjoni mhux preparat.
No comments:
Post a Comment