
Tajnihom allotment ta’ 10 mtr b’5 mtr ġo l-Għammieri kull wieħed kif ukoll il-provista ta’
ilma u għamlu festa ta’ prodotti tal-ortikultura bħall-frott, ħxejjex u anke
fjuri għall-konsum personali. Biżżejjed ngħid li wieħed irnexxielu jdaħħal 32
ħaxixa differenti f’50 metru kwadru ! In-nies preżenti dalgħodu spjegawli kif
permezz ta’ din l-inizjattiva sabu mezz ġdid kif jikreaw ruħhom filwaqt li qed
jitgħallmu japrezzaw aktar il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala tagħna.
Persuna partikolari spjegatli li kienet qed tkabbar it-tadam. Kienet tieħu
ħsiebu kuljum biss inqalaha impenn u abbandunatu għal jumejn. Kif ġie lura sab
li t-tadam tiegħu kien spiċċa u kellu jarmi kollox. Din l-esperjenza tiegħu
għenet lilu japrezza aktar il-ħidma tal-bidwi li jrid ikun dejjem iddedikat fuq
xogħlu biex iwassal lill-konsumatur prodott lokali, frisk u ġenwin.
Huwa l-ħsieb tagħna li nsibu aktar art madwar il-pajjiż biex inkomplu nkabbru din l-inizjattiva. Infatti qed issir ħidma biex art tal-gvern li tinsab bi qbiela u li ġiet abbandunata tiġi trasferita sabiex tintuża għal din l-iskema. B’hekk aktar familji jingħataw l-opportunita’ li jingħataw bicca art biex fih ikabbru numru ta’ prodotti agrikoli b’sistemi ta’ tkabbir organiku, fejn allura ma jintużawx pesticidi. http://www.facebook.com/Midd.Idejk.fil.Biedja
No comments:
Post a Comment