F’dawn il-ġranet se jitlesta l-proġett ta’ pavimentar ġdid fil-qalba taż-żona kummercjali u turistika ta’ Paceville. Riċerka tal-MTA turi li f’sena madwar 650,000 turist iżuru San Ġiljan u madwar 300,000 iżuru Paceville. Il-lukandi li nbnew f’din iż-żona u l-investiment li sar ukoll mill-privat biex qed jinġiebu dawn l-ammonti kbar ta’ turisti kif ukoll Maltin lejn Paceville jirrekjedi wkoll investiment tal-Gvern biex din iż-żona, li stabillixit ruha bħala mekka tad-divertiment f’pajjiżna tkun imsebbħa.
Sfortunatament l-upgrading li kien sar xi 8 snin ilu kienet saritlu ħsara rreparabli, anke bl-użu abbusiv minn vetturi jew trakkijiet, liema ħsara rrendiet iż-żona fi stat mhux xieraq.

Dan il-proġett, li nbeda f’nofs Jannar ta’ din is-sena, ra l-pavimentar bil-porfido ta’ 2,300 metru kwadru ta’ art li sar b’investiment ta’ ‘l fuq minn kwart ta’ miljun ewro. Dan ix-xogħol inkluda t-tneħħija tal-bankini mit-tliet toroq. Għalhekk it-toroq imsemmija ġew f’livell wieħed u ġew installati numru ta’ bollards moderni li għandhom jillimitaw il-ħsara fizika specjalment fuq il-bankini. B’hekk introducejna separazzjoni bejn il-parti li minnha jistgħu jgħaddu n-nies u l-parti għat-traffiku. Dan ix-xogħol bil-ko-operazzjoni u tal-Kunsill Lokali, il-GRTU, l-MHRA u l-operatturi kollha fl-area.
Ħadna ħsieb ukoll li mal-pavimentar ġdid fi Triq San Ġorġ, Triq Wilġa u parti minn Triq Dragunara f’Paceville, nintroducu bollards moderni Kif wieħed jista’ jara,l-ammont ta’ nies u attivita li jkun hemm f’din iż-żona tikrea ammont ta’ skart u ħmieġ. Għaldaqstant ħadna ħsieb li issa li għandna pavimentar ta’ kwalita, nintroducu liż-żona fil-programm ta’ ħasil kontinwu permezz ta’ makkinarju li xtrajna matul l-aħħar xhur biex innaddfu ż-żoni pedonali tal-Belt, Tas-Sliema u oħrajn.
Dan ix-xogħol ta’ upgrading f’Paceville jikkumplimenta l-proġett ta’ tisbiħ li kien sar fil-pjazza ta’ Paceville fl-2008. Il-Gvern diġà wettaq ukoll numru ta’ proġetti oħra f’din iż-żona turistika, bħat-tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan, restawr tal-Kappella tal-Kuncizzjoni u t-tisbiħ tal-promenade mal-bajja ta’ San Ġorġ. Fl-istess ħin diġa għamilna applikazzjoni lil MEPA biex nagħmlu upgrading totali ta’ Spinola f’San Ġiljan.

No comments:
Post a Comment