
L-ewwel: Irridu
nahsbu u niddeterminaw x’ghandu jkun l-programm tal-PN fir-realta’ ta’ llum u
tal-hames snin li ghandna quddiemna.
Fejn se niehduh dan il-partit ?
Kif l-ahjar nitrasformaw mill-gdid dan il-partit f’partit popolari.
X’inhuma l-prioritajiet ?
It-tieni:
Irridu nahsbu mbaghad xi kwalitajiet irid ikollhom in-nies li jistghu
jitrasformaw dan il-programm f’azzjoni konkreta. Allura irridu nidentifikaw l-identikit
tal-persuni li se jifformaw it-team.
Naghmel enfasi fuq team aktar milli l-kap. Dan il-partit ma jistax jinbena madwar
persuna wahda izda madwar team. Fl-opinjoni
tieghi hemm bzonn ta’ presenza akbar ta’ nisa fit-team. L-istess nghid ghaz-zghazagh.
It-tielet: Min jistghu
jkunu l-persuni li jaslu vicin l-identikit tal-persuni fit-team? Jien nghid li preferibbilment apparti l-Kap u
l-Vici Kap il-kumplament tat-team ghandhom ikunu persuni li la huma deputati u
lanqas behsiebhom jikkontestaw elezzjoni.
Inhoss li min jidhol ghax-xoghol tal-partit, vicin elezzjoni ikun jew
tkun ikkoncentrat/a fuq ix-xoghol tal-partit u mhux tal-kampanja
tieghu/taghha. Hekk inkunu nistghu
nassiguraw li meta jigi l-waqt, il-hidma tkun wahda ffukata fuq strategija u
programm wiehed.