Mar 18, 2013

Inharsu 'l quddiem


Bosta matul l-ahhar granet iltaqghu mieghi u staqsewni x’nahseb issa li l-PN garrab din it-telfa kbira elettorali.  Ikkuntatjawni anke gurnalisti biex isaqsuni min ghandu jkun kap tal-partit issa li Lawrence Gonzi qal li hu mhux se jikkontesta.  Ir-risposta tieghi kienet cara: Ghandna bzonn nahsbu l-ewwel.  Anzi ghandna bzonn ukoll ingibu lil min jahseb maghna.  Irridu qabel xejn nezaminaw ir-ragunijiet tat-telfa.  Imbaghad aktar minn kollox irridu nharsu ‘l quddiem biex nibdew nibnu mill-gdid.  Dan ma jfissirx li narmu kollox, imma ngeddu b’qawwa.  Fl-opinjoni tieghi il-process ghandu jkun hekk: 

L-ewwel:  Irridu nahsbu u niddeterminaw x’ghandu jkun l-programm tal-PN fir-realta’ ta’ llum u tal-hames snin li ghandna quddiemna.  Fejn se niehduh dan il-partit ?  Kif l-ahjar nitrasformaw mill-gdid dan il-partit f’partit popolari. X’inhuma l-prioritajiet ?

It-tieni:  Irridu nahsbu mbaghad xi kwalitajiet irid ikollhom in-nies li jistghu jitrasformaw dan il-programm f’azzjoni konkreta.  Allura irridu nidentifikaw l-identikit tal-persuni li se jifformaw it-team.  Naghmel enfasi fuq team aktar milli l-kap.  Dan il-partit ma jistax jinbena madwar persuna wahda izda madwar team.  Fl-opinjoni tieghi hemm bzonn ta’ presenza akbar ta’ nisa fit-team.  L-istess nghid ghaz-zghazagh. 

It-tielet:  Min jistghu jkunu l-persuni li jaslu vicin l-identikit tal-persuni fit-team?  Jien nghid li preferibbilment apparti l-Kap u l-Vici Kap il-kumplament tat-team ghandhom ikunu persuni li la huma deputati u lanqas behsiebhom jikkontestaw elezzjoni.  Inhoss li min jidhol ghax-xoghol tal-partit, vicin elezzjoni ikun jew tkun ikkoncentrat/a fuq ix-xoghol tal-partit u mhux tal-kampanja tieghu/taghha.  Hekk inkunu nistghu nassiguraw li meta jigi l-waqt, il-hidma tkun wahda ffukata fuq strategija u programm wiehed.

1 comment:

Unknown said...

"irridu qabel xejn nezaminaw ir-ragunijiet tat-telfa..."....really you still have no idea why the tkaxkira!!!!!!! This is really rich.....