L-elezzjoni
ghaddiet u l-verdett tal-poplu huwa maghruf. Ir-rebħa li xtaqna u li ħdimna
għaliha ma seħħitx, anzi ġarrabna telfa kbira. Ahna dejjem irrispettajna l-verdett
tal-poplu. Huwa mistenni li dan ikun mument kemmxejn negattiv pero ghandu jkun
ukoll mument ta' riflessjoni ghax id-decizjonijiet li ser niehdu issa huma
krucjali ghall-futur tal-Partit Nazzjonalista.
Il-verdett tal-poplu huwa car u huwa dover taghna
li nirrispettawh u nanalizzawh. Dan hu s-sabih tad-demokrazija li tant hdimna
ghaliha. Aħna biddilna lil Malta għall-aħjar u fassalniha f'pajjiz modern,
tolleranti u pluralista. L-akbar kisba li għamilna hi li l-avversarju politiku
tagħna, il-Labour Party - li nirrispettawh għax bħalna parteċipant fil-proċess
sabiħ tad-demokrazija u rebaħ bil-kbir - qed juri li jrid isir jixbaħ l-istess
mudell. Dan hu ċertifikat għal kulħadd u nawguraw lill-Partit Laburista, issa
fil-Gvern, li jkompli jtejjeb il-ħajja tal-Maltin kif tjiebet f'dawn il-ħames
snin minkejja d-diffikultajiet kbar li kienu ġejjin minn barra.
Se naqdu dmirna b'lealta' lejn pajjiżna
mill-Opposizzjoni. Se nkunu vigilanti biex nassiguraw li l-Gvern iwettaq
il-wegħdiet li għalihom il-maġġoranza tal-poplu tat il-fiducja lill-Partit
Laburista.
Fl-aħħarmett, fuq bazi personali rrid nirringrazzja
lil dawk kollha li tawni l-fiducja taghhom fejn ghall-ewwel darba eleggejtuni
minn zewg distretti b'numru kbir ta' voti. B'umilta', rrid intenni
l-apprezzament tieghi ghall-fiducja li wrejtu fija. Cert li dan kien frott ta'
snin twal ta' servizz u dedikazzjoni u nweghdkom li ser inkompli
nirraprezentakom bl-istess entuzjazmu u dedikazzjoni fis-snin li gejjin
mill-Oppozizzjoni wkoll.
No comments:
Post a Comment