Frangisku. Ismu biss diga jibghat messagg. Jorge Mario Bergoglio ghazel dak l-isem skond
hu ghax kif gie elett il-Kardinal Braziljan Claudio Hummes ghanqu u qallu “Ftakar
fil-foqra”. Qal li immedjatament ftakar f’San Frangisk. Ftakar f’dak il-qaddis li ghazel il-faqar
flok il-lussu, il-qaddis li gab messagg ta’ paci, il-qaddis li gab apprezzament
akbar lejn il-holqien dak li kkrea Alla. Jinghad li f’laqgha ma’ grupp ta’
gurnalisti qal “Irrid knisja fqira, knisja ghall-foqra.”
Fl-ewwel
passi tieghu baghat messaggi cari ta’ umilta’.
Wera bic-car li se joqghod ‘l boghod minn hafna pompozita imma se
jaghzel it-triq tas-semplicita’. Ghamel
dan b’ghazliet semplici, bhal juza coach
minflok karozza ghalih, ilbies semplici minghajr hafna dehebijiet. Irid jiehu
lill-knisja back to the roots. Ghogobni kumment li ghamel meta qal: “Ic-centru
tal-Knisja huwa Gesu Kristu u mhux il-Papa”.
Frangisku,
l-ewwel Papa Ġiżwita mill-Amerka Latina, f’wiehed mill-ewwel diskorsi tieghu wissa
li l-Knisja Kattolika tista’ tisfa biss organizzazzjoni mhux governattiva jekk
ma taghrafx i-bżonn li tiġġedded spiritwalment. Francesca Ambrogetti, li kitbet
il-biografija ta’ Bergoglio qalet li hu ntlaqa’ tajjeb mill-kardinali waqt
il-konklavi għax kapaċi jagħmel it-tibdiliet li hemm bżonn mingħajr ma jpoġġi
fir-riskju t-tagħlim u t-tradizzjonijiet tal-Knisja. Sostniet kif Bergoglio la
hu konservattiv u lanqas liberali, iżda moderat.
Ghogobni
wkoll il-fatt li Jorge Mario Bergoglio gej mid-dinja tax-xjenza, li xi kultant
kienet traskurata mill-Knisja. Infatti qabel daħal is-seminarju, studja
l-kimika u ggradwa bħala inġinier tal-kimika. Eventwalment għallem
il-letteratura u l-psikoloġija fi Buenos Aires. Il-Papa l-gdid hu magħruf
għad-diskorsi u l-omeliji tiegħu li jżommu lil min kien ikun qed jisimgħu, kattoliku
jew le, attent. Min jafu jghid li Bergoglio hu bniedem li ma jibżax jieħu
azzjoni u deċiżjonijiet diffiċli. Jidher
li l-ghazla kienet wahda xierqa.
No comments:
Post a Comment