Showing posts with label tragedja. Show all posts
Showing posts with label tragedja. Show all posts

Aug 8, 2013

Tragedja inutli



Il-kaz tal-gimgha l-ohra tat-tfajla Ingliza ta’ 14-il sena, Hannah Smith, li kkommettiet suwicidju wara li giet cyber-bullied fuq is-sit elettroniku Ask.fm, verament geghlni nhewden kemm bhala genitur kif ukoll bhala politiku.  Il-komunikazzjoni ta’ tfal u zghazagh fuq dawn it-tip ta’ sites saret xi haga ta’ kuljum.  Tista tissieheb bhala membru fuq din is-site sa mill-eta’ ta’ 13-il sena billi taghti indirizz elettroniku, isem u kunjom. Dan is-sit, li sar popolari hafna mat-teenagers, jhalli mbaghad lill-users ipoggu kummenti jew mistoqsijiet b’mod anonimu lill-users ohra. Sfortunatament fuq dan is-sit ma hemmx il-possibilita’ li timblokka certi users imma tista biss tirraporta. Sfortunatament matul l-ahhar xhur kien hemm diversi kazijiet simili ohra.
Hannah kienet qed tircievi kummenti jikritikaw id-dehra taghha u jhajruha tikkommetti suwicidju. Ghalkemm lill-habiba taghha kienet tghidilha li mhux taghti kaz ta’ kummenti bhal dawn, fil-verita’ sfortunatament spiccat temmet hajjitha.  Jum qabel ma temmet hajjitha, Hannah Smith kitbet "You think you want to die, but in reality you just want to be saved." Appell li safa njorat. Storja verament tragiku, anke ghax matul l-ahhar sena kien hemm kaz simili iehor.

Missier Hannah appella lill-awtoritajiet biex jaghmlu ferm aktar biex siti elettronici bhal dawn ikunu regolati.  It-teknologiji ta’ komunikazzjonijiet avvanzaw imma l-ligijiet baqghu antikwati. Ghalkemm personalment naqbel li l-awtoritajiet hemm bzonn jaghmlu aktar biex jiprotegu lill-membri tal-komunita’ l-aktar dghajfa mill-abbuz fuq l-internet, izda minn naha l-ohra rridu nammettu li mhux facli taghmel kontroll fuq l-internet. Nahseb li ghallanqas siti bhal dawn ghandhom ikollhom l-obbligu li jirrekordjaw l-IP address tal-persuni anonimi li jkunu qed jikkummentaw b’mod abbuziv halli wiehed ikun jista jiehu passi kontra dawk li jabbuzaw, li jissejhu trolls.

Illum aktar minn qatt qabel hemm bzonn li t-tfal u z-zghazagh ikunu aktar mharrga fl-iskejjel specjalment fil-personal skills kif jafrontaw siti bhal dawn.  Nemmen ukoll li hemm ukoll responsabilita’ akbar fuq il-genituri biex josservaw x’ikunu qed jaraw uliedhom, ghalkemm fil-verita’, u nitkellem bhala genitur, mhux daqstant facli li tissolvelja lill-uliedek fil-kamra taghhom.   Zgur li storja bhal din ghanda tibghatilna messagg biex inqumu min-naghsa kollettiva taghna u nikkomunikaw ferm aktar u ahjar anke ma’ uliedna biex nipruvaw nifhmuhom aktar u niproteguhom aktar.

 

Jul 20, 2008

It-Tragedja tal-familja Bugeja.

Dan il-weekend ma ninsih qatt. Nibqa niftakru bhala l-weekend ta' Simon Bugeja. Simon, l-uniku wiehed salva f'dik li probabilment hija l-akbar tragedja tas-sajjieda Maltin fl-ahhar mitt sena. Salva wara aktar minn sitt ijiem fuq il-bahar wara li splodiet il-lanca tieghu, izda spicca tilef lill-ibnu u lill-missieru, apparti zewg persuni ohra li kienu mieghu.

Tragedja kbira. Aktar u aktar meta, kif jafu l-kumplament tas-sajjieda, il-lanca ta' Simon, bl-isem Simshar, kienet mghammra b'kollox. Simon kien fitt hafna fuq il-lanca u dejjem iffissat biex jixtri l-ahjar equipment specjalment dak ghal safety. Izda hekk kellu jkun !

Lil Simon sirt nafu sena ilu, dakinhar stess tal-ftuh ufficjali tal-hardstanding facility f'M'Xlokk. Niftakar sew lill-martu Sharon tghidli kemm kienet ferhana ghax issa mhux se ttertaq aktar qalba biex itellghu l-lanca l-art, kif kienet taghmel qabel. Mur ghidilha dakinhar kif kellha tispicca l-lanca taghhom madwar sena wara !

Mort l-isptar il-Gimgha bil-lejl meta wasluh bil-helicopter l-isptar Mater Dei. Il-bierah u llum ergajt mort, illejla flimkien mal-Prim Ministru. Mill-gimgha sa llum ghamel titjib fiziku kbir, izda huwa evidenti li ghadda minn trauma kbira. Martu Sharon il-hin kollu mieghu.

F'din l-istorja kerha, impressjonajt ruhi bis-sens ta' solidarjeta' qawwija bejn is-sajjieda. Kienu hafna li taw semhom biex johorgu ifittxu l-lanca fl-ahhar gimgha. Dan is-sens ta' comradeship ghandu jkun ta' ezempju ghall-kumplament tal-komunita' maltija.