Showing posts with label Animal After Care Centre. Show all posts
Showing posts with label Animal After Care Centre. Show all posts

Aug 21, 2010

International Day for Homeless Animals

Illum huwa l-International Day for Homeless Animals u dehrli li jkun xieraq li propju f'dan il-jum inlaqqa lil persuni li matul l-ahhar xhur addottaw klieb jew qtates minn dawk li jkunu ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment ghall-Kura tal-Annimali. L-iskop tal-attivita' kien li filwaqt li nirringrazzja lilhom, nappella ukoll lil persuni u familji ohra biex jaghmlu l-istess. Wiehed jista jara l-annimali disponibbli ghall-addozzjoni anke fuq http://vafd.gov.mt/str

Id-Dipartiment li jirċievi madwar 200 telefonata fix-xahar, igifieri medja ta’ 7 telefonati kuljum, gabar madwar 800 kelb u qattus minn kemm ilha topera l-ambalunza mid-dipartiment. Meta l-annimali jiġu salvati dawn jittieħda direttament għand vet fejn l-annimal jingħataw l-kura meħtieġa. Wara, dawn jiġu rikoverati ġewwa l-Għammieri u meta jfiequ jingħataw għall-adozzjoni. Sa llum 35% (250 annimali) tal-klieb u qtates li ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment sabu familja x’tilqagħhom.

Mument sabih dalghodu kien dak meta Dr.Suzanne Portelli Demajo laqqatna mal-kelba Katerina. Din il-kelba ingabret ftit tax-xhur ilu minn hdejn il-kamra tan-nar ta' Santa Katerina fiz-Zurrieq (ghalhekk inghatalha l-isem ta' Katerina) u meta nstabet ma kienet madura hafna u ma kienet iccaqlaq l-ebda parti minn gisimha hlief rasha. Bil-pacenzja kollha u b'dedikazzjoni Suzanne tat lil Katerina sieghat twal ta' fizjoterapija u llum din il-kelba qed terga tghix hajja normali. Bhal Dr.Portelli Demajo jiddedikaw hafna attenzjoni l-haddiema kollha tad-Dipartiment li waqqafna f'dawn l-ahhar snin, kif ukoll l-istudenti tal-AgriBusiness Institute tal-MCAST li jghinu f'din il-hidma.

Ftit tal-gimghat ohra qed nipjanaw li nifthu l-After-Care Animal Centre gewwa Ta' Qali halli ntejbu s-servizzi li naghtu lill-annimali f'pajjizna. Hemmhekk hadna hsieb ukoll li noffru spazju ghat-training tal-guide dogs ghall-persuni neqsin mid-dawl. Dan li qed naghmlu ahna bhala stat jikkumplimenta l-hidma kbira li jaghmlu ta' kuljum bosta NGOs li jiddedikaw l-energiji u r-rizorsi anke taghhom personali ghall-kura tal-annimali.

Apr 8, 2009

Trasparenza u akkontabilita’

Rapporti dwar allegati frodi huma dejjem destinati li jagħmlu ħoss. Meta l-istejjer ikunu dwar settur tant għal qalb il-poplu, kif inhu l-ħarsien tal-annimali, allura l-interess żgur li se jikber u l-attenzjoni tal-pubbliku tikber. Nifhem ukoll id-dilemma ta’ min iħossu tradut abbażi tal-allegazzjonijiet imxandra wara li ta donazzjonijiet u għajnuna oħra lill-għaqdiet tal-voluntiera.

L-interess fl-annimali u fil-ħarsien tagħhom kiber drastikament fl-aħħar snin. Dan hu dovut għal numru ta’ raġunijiet, ewlenin fosthom in-numru dejjem jikber ta’ voluntiera li jagħtu ħinhom u saħħithom, mingħajr ebda ħlas, biex jaraw li l-annimali, speċjlament dawk bla sidien ma jinħaqrux u jgħixu f’ambjent diċenti. Il-fatt li l-Gvern investa f’dan is-settur, kemm finanzjarjament kif ukoll f’tisħiħ ta’ riżorsi, ukoll għen biex kompliet titqajjem kuxjenza. Dan l-investiment jinkludi l-bini ta’ Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali f’Ta Qali, finanzi għal titjib fis-santwarji u finanzi għal kampanji ta’ neutering ta’ annimali li jgħixu fit-toroq.

Ir-rapporti dwar allegati frodi fuq wieħed mill-voluntiera l-aktar prominenti kien għalhekk sajjetta fil-bnazzi għal uħud. Kienu wkoll ix-xoqqa f’moxtha biex ifakkruna f’kemm hu importanti li niżguraw li l-flus li ghaqdiet bhal dawn jigbru minghand il-pubbliku jkunu vverifikati li qed imorru għal kawża l-ġusta.

Irrid nirringrazzja minn qalbi l-ħidma li qed titwettaq minn Dr Mario Spiteri u n-nies tiegħu fit-tmexxija tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali. Mario qed imur hu personalment biex jaġixxi fuq klieb u qtates u l-apprezzament tiegħi huwa xieraq. Għaddej ukoll xogħol biex fil-ġimgħat li ġejjin inkunu f’pożizzjoni li nħabbru aktar servizzi u faċilitajiet favur il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.

Dec 3, 2008

Progett ghall-annimali u ghan-nies.

Dalgħodu żort il-bini li qed jinbena ġewwa Ta’ Qali biex jilqa fih l-ewwel Animal After Care Centre f’pajjiżna. Dan ic-centru, li nittamaw li jibda jiffunzjona fl-2010, ghandu jilqa fih kemm 1) annimali mweġġa li jingabru mit-triq u li jigu kkurati, kif ukoll 2) pets li wara li jkunu operati fi vet clinics privati jinzammu f'dan ic-centru ghal perjodu ta’ konvalaxenza.

Bosta nies li ghandhom pet hafna drabi ma jkunux jafu kif idewwu l-annimal waqt il-perjodu ta' konvalexenza jew ma jkunx possibli joqghodu mieghu matul il-gurnata. Fil-każ ta’ annimali abbandunati li jkunu mwegga, dawn ikunu jistghu jinġiebu f’dan iċ-ċentru, jiġu medikati, neutered u wara jinstabilhom post f’xi santwarju.

Fil-laqghat li jkolli mal-NGOs giet indikata l-htiega ta' centru bhal dan u rnexxieli notjeni l-commitment tal-Gvern biex jiprovdi facilita' bhal din.
Dan il-proġett huwa wieħed innovattiv għax huwa ‘green building’. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru se jkun mghotti b’wicc tal-ħaxix, dan l-istess saqaf se jkun qed iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx u l-‘carbon footprint’ ikun ridott. Biex l-impatt viziv fuq iż-żona rurali ta’ Ta’ Qali jkun minimu, is-saqaf ta’ dan il-bini se jkun ftit aktar għoli mill-livell ta’ l-art tal-madwar izda xorta jibbenefika minn ammont kbir ta’ ventilazzjoni u dawl naturali.

Għal din l-attivita ta’ dalgħodu attendew numru ta' raprezentanti ta' NGOs li lkoll ferħu meta raw li din il-ħolma tagħhom ukoll, qegħda tissarraf f’realta’ bis-sahha tal-investiment tal-Gvern. Dalghodu ghal darb'ohra rringrazzjajt lill-NGO’s tax-xogħol siewi li qed jagħmlu u ergajt heggigthom jahdmu aktar flimkien halli jsibu sinergija bejniethom u jimmassimizzaw r-rizultati fl-interess tal-protezzjoni tal-annimali f'pajjizna.