Showing posts with label animal welfare. Show all posts
Showing posts with label animal welfare. Show all posts

Feb 22, 2012

Inizzjattiva oħra favur l-annimali

Fil-ġranet li ġejjin ġewwa Ta’ Qali se jinbeda x-xogħol fuq Park għall-klieb. Dan il-park se jkun hemm numru ta’ hurdles sabiex il-klieb ikunu mharga kif ukoll play equipment għall-klieb. Se jkun hemm cover tunnels, weave poles, dog teeter – tooter, hound hoops, hurdle jumps, hound hurdles, agility walk u dog walk ramp. Se nagħmlu wkoll litter bins apposta biex jintrema l-fdalijiet tal-klieb. Mal-madwar se ninstallaw ukoll numru bankijiet għas-sidien tal-klieb.
B’wiċċi minn quddiem ngħid li qatt daqs dawn l-aħħar snin ma saret ħidma daqstant importanti b’risq il-ħarsien tal-annimali. Stabbilejna d-Dipartiment tal-Animal Welfare, għenna lis-Santwarji finanzjarjament biex itejjbu l-facilitajiet tagħhom, introducejna s-servizz tal-ambulanza għall-annimali 24 siegħa kuljum, għamilna l-obbligu tal-microchip fuq il-klieb u fuq kollox inawgurajna c-Centru San Frangisk bħala Animal Welfare Centre ġewwa Ta’ Qali. Dan iċ-ċentru jservi biex ikun post fejn annimal imweġġa jiġi kkurat jew operat u wara jinżamm għal perijodu ta’ żmien ta’ konvalaxenza.
F’dan il-kuntest irrid ngħid ukoll li bdejna nħallu l-familji jidħlu bil-klieb tagħhom fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali b’eccezzjoni tal-area tal-Adventure Park, basta li l-kelb ikun marbut biċ-ċinga. Jidher li l-park diġa qed jintuża aktar minn nies li għandhom pet. Id-decizzjoni li tiprojbixxi l-access bil-klieb kienet ittieħdet fis-snin tmenin minħabba li bosta sidien tal-klieb
ma kienux inaddfu wara li l-kelb iħammeg. Issa li jidher li l-kultura qed tinbidel għall-aħjar, iddecidejna li gradwalment nibdew nirriversjaw dik id-decizzjoni u nagħmlu l-ġonna accessibbli għall-klieb ukoll. Jekk naraw li n-nies qed jikkoperaw allura nibqghu mexjin f’din id-direzzjoni u niftħu l-access f’ġonna oħra. Kull sid ta’ kelb irid jifhem li mhux biss irid ikollu rispett lejn il-kelb imma fuq kollox rispett lejn in-nies li juzaw il-post warajh.

Jan 14, 2012

Enriched cages

Meta nitkellmu dwar animal welfare, ma nirreferux biss għall-annimali li jinżammu bħala pets izda anke għall-annimali li jinżammu għall-produzzjoni tal-ikel. Il-bierah stajt nara l-progress kbir li qed isir fis-settur tat-tiġieġ li jiproduċu l-bajd f’pajjiżna, waqt żjara għand wieħed mill-ikbar raħħala f’Ħaż Żebbuġ. Dan qed iwassal sabiex mhux biss it-tiġieġ jgħixu f’ambjent aħjar anke billi jkollhom aktar spazju adegwat iżda fuq kollox il-konsumatur jieħu prodott ta’ kwalita’ aħjar.

Illum l-irziezet ta’ pajjiżna li jrabbu t-tiġieġ għall-bajd kollha laħqu l-istandards ġodda ewropej u kollha ghandhom gageg li jissejħu enriched cages. Malta hija fost il-pajjiżi Ewropej l-aktar avvanzati f’dawn l-iżviluppi ta’ titjib u f’dawn il-jiem l-informazzjoni kollha rilevanti qegħda tasal għand l-Unjoni Ewropea biex nifformalizzaw il-konformita’ tal-irziezet tagħna.

B’għajnuniet li jlaħħqu kważi tliet miljun ewro minn fondi Ewropej, u b’investiment addizzjonali privat ta’ madwar erba’ miljun u nofs Ewro, ir-raħħala tagħna ġew konformi mar-regoli ġodda fil-ħin stipulat. Illum it-tiġieġ għandhom spazju d-doppju ta’ dak li kellhom qabel filwaqt li għandhom ukoll bejta u passiġġiera, fost l-oħrajn. Bl-introduzzjoni ta’ standards ogħla wieħed diġa seta’ jinnota inqas mortalita’, aktar produzzjoni ta’ bajd u anke aktar effiċjenza mill-annimali.

F’bosta pajjiżi Ewropej dawn it-tibdiliet għadhom ma tlestewx. Dan l-investiment fil-produzzjoni tal-ikel frisk huwa raġuni oħra għalfejn il-konsumatur għandu jkompli jkabbar il-fiduċja tiegħu fil-prodott frisk lokali. Huwa wkoll l-aħjar mod kif nuru l-fiduċja tagħna fir-raħħala u l-bdiewa li mhux joqogħdu lura milli jinvestu. Sadanittant il-bajd li se jidħol f’pajjiżna minn irziezet li mhumiex konformi l-Unjoni Ewropea, taħt it-tmexxija tal-Kummissarju Ewropew, John Dalli, se tibda tieħu azzjoni kontrihom, anke billi tagħti d-dritt lill-pajjiż jiddistruġġi dak il-bajd. Miżuri bħal dawn jipproteġu mhux biss lill-konsumatur minn prodott inferjuri iżda fuq kollox jimbotta lill-operaturi ewropej li għadhom mhux konformi jiġu konformi.

Jul 7, 2011

Dog Friendly Beaches

Ara veru kaz li xi kultant f’pajjizna nispiccaw niggieldu l-ghadu immaginarju. Kaz simili huwa dak tal-petizzjoni Petition for Dog Friendly Beaches in Malta. Ftit tal-granet ilu dehret storja f’The Times li qalghet kontroversja mix-xejn. Il-veru kaz kif il-media xi kultant kapaci taghmel 1 plus 1 = 3 !

Din il-kontroversja hija purament trivjali minhabba s-semplici raguni li l-annimali ilhom ipprojbiti li jitnizzlu fil-bahar madwar 50 sena. Fl-1960, kienu gew introdotti l-‘Bathing of Animals Regulations’. Dawn ir-regolamenti gew sostitwiti permezz tal-Avviz Legali 125 tal-2008 (li dwaru inkiteb l-artiklu in kwistjoni) sabiex ma jkunx hemm zewg ligijiet li japlikaw fl-istess hin dwar l-istess suggett. Fil-fatt, ir-regolamenti l-antiki tal-1960 kienu jippermettu biss l-inzul tal-annimali fil-bahar f’certu hinijiet tal-gurnata u f’certu postijiet biss. Tant hu hekk, li wiehed diga’ seta’ jigi mmultat fil-passat jekk inizzel annimal fil-bahar barra l-eccezzjonijiet imnizzla fil-ligi tal-1960.

L-avviz legali jaghmilha cara li l-klieb jistghu jitnizzlu hdejn il-bahar hlief fejn hemm ir-ramel. Din kienet saret ghal ragunijiet ta’ sahha pubblika. Hemm diversi tipi ta’ mard li jista’ jittiehed permezz ta’ hmieg tal-annimali li jista’ jsib ruhu fir-ramel. Dan il-mard ivarja minn Salmonellosis (infezzjoni fl-intestini) sa anke E.Coli 0517. Ftit tas-snin ilu fl-Ingilterra kien hemm kaz fejn spiccat mietet tifla b'infezzjoni bhal din.

Barra minn hekk, il-by-laws proposti mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kellhom biss x’jaqsmu mal-banjijiet naturali li hemm madwar il-kosta fil-blat li kif kiteb sew l-Vici Sindku Cyrus Engerer, ma huma xejn hlief “small holes in our rocky beaches that are filled with seawater, which are therefore, not open seas. Dan bl-ebda mod ma jwaqqaf lil hadd li jiehu xi passiggata lill-kelb jew xi annimal iehor li jista’ jkollu, ma’ tul il-kosta fuq il-blat.

Bye-law ohra li s’issa l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ghadu biss ppropona, hija dik li l-klieb jinzammu marbuta bic-cinga meta jkunu fuq il-kosta. Dan ghax kien hemm bosta li lmentaw li xi klieb spiccaw gew attakkati mill-klieb akbar jew sahansitra persuni sfaw aggrediti. Ghalhekk kif wiehed jista jara l-beaches Dog Friendly kienu u Dog Friendly ghadhom. U meta jkun hemm xi hadd li jiprova jaghmel mod iehor, jien wkoll li niprotesta. Imma ma hemmx htiega zgur sa llum.

Mar 9, 2011

Sistema biex ikollna anqas klieb abbandunati

Kien ilu jinhass il-bzonn ta’ sistema aktar stretta ta’ licenzjar tal-klien f’pajjizna. Hu kkalkulat li hawn mal-100,000 kelb f’pajjizna izda fil-fatt madwar 5,000 kelb biss huwa rregistrat mal-pulizija kif stipulat fil-ligi. Din is-sitwazzjoni qed taghmilha facli hafna biex klieb jigu abbandunati. Dalghodu ħabbart li fil-jiem li ġejjin se jkunu ppublikati regolamenti ġodda li se jaghmluha obbligatorja li l-klieb kollha jkunu microchipped kif ukoll irreġistrati. L-erbgha għanijiet prinċipali huma dawn: 1. Ikun hawn aktar kontroll fuq il-klieb ħalli jkollna anqas klieb abbandunati fit-toroq, 2. Anqas periklu għas-saħħa pubblika, 3. Aktar harsien tas-sahha pubblika u 4. Tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħ tal-informazzjoni rigward il-klieb u s-sidien taghhom.

Fil-fatt microchip zgħira ħafna (ftit akbar minn rossa) tigi injected taħt il-ġilda tal-kelb bejn l-ispallel. Din il-microchip jkollha fiha numru ta’ identifikazzjoni uniku għal kull kelb. Dan in-numru jkun abbinat mad-dettalji tas-sid fid-database nazzjonali. Is-sidien jingħataw riċevuta mill-veterinarju tal-għażla tagħhom li japplika l-microchip, u wara dan il-proċess il-Gvern joħroġ liċenzja għal kull kelb li tintbagħat lis-sid bil-posta. Il-Liċenżja sservi għal kemm idum ħaj il-kelb.


Ħadna ħsieb li din is-sistema ma tfissirx spejjeż aktar lis-sidien tal-klieb aktar minn dak li diga huma obbligati li jhallsu sa llum. Għal dawn l-aħħar ħamsin sena, il-liġi kienet tipprovdi li sid ta’ kelb irid ihallas €2.33 (Lm1) kull sena ghall-licenzja tal-kelb. Hu kkalkulat li kelb jgħix minn tal-anqas 10 snin għalhekk is-sidien sal-lum kienu obbligati li jħallsu €23.30 fuq 10 snin. Il-prezz għall-microchipping ser ikun ta’ €10 għall-klieb imsewwija (neutered) u €20 għal dawk li mhumiex imsewwija. Ghalhekk mhux gust min kiteb li din hija forma ta’ gbir ta’ flus mill-gvern. Ta’ min jghid ukoll li qed naghmlu diskriminazzjoni posittiva favur l-klien neutered sabiex nhajru aktar lis-sidien isewwu l-klieb taghhom halli nnaqsu l-potenzjal li jinholqu aktar strays fil-futur.


Irridu li dawn ir-regolamenti, li gew diskussi u maqbula fi hdan l-Animal Welfare Council, il-pubbliku jkun konxju tagħhom u ghalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se nibghatu fid-djar fuljett zghir li jispjega dan kollu kif ukoll se jinghata ktejjeb zghir lis-sidien tal-klieb halli jkun jafu l-obbligi taghhom marbuta ma’ din il-liġi. Per ezempju li jekk il-kelb jibdel is-sid trid issir notifikazzjoni mad-Direttorat tar-Regolament Veterinarju fi żmien 7 ijiem. F’dan il-każ tinħareġ liċenzja ġdida mingħajr ħlas. Dan hu ezempju konkret iehor mill-Gvern favur il-ħarsien tal-annimali. Issa li l-infrastruttura relatata tpoġġiet fuq saqajha qed nimplimentaw it-tisħiħ tal-qafas regolatorju biex niżguraw ħarsien effettiv tal-annimali f’pajjiżna. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fuq in-numru 2295 2170.

Oct 3, 2010

Inawgurajna holma ohra

Illum lejliet il-festa ta’ San Frangisk, il-qaddis patrun tal-annimali u l-ambjent il-Prim Ministru u jien inawguraw holma ohra: l-Animal Welfare Centre gewwa Ta’ Qali. Dan iċ-ċentru, li jġib l-isem ta’ dan il-qaddis, minn għada stess se jservi biex ikun post fejn annimal imweġġa jiġi kkurat u wara jinżamm għal perijodu ta’ żmien ta’ konvalaxenza.

Dan iċ-ċentru li nbena b'investiment ta' 'l fuq minn €300,000 u hu mghammar b’apparat li jiswa kwazi l-istess somma, se jkun qiegħed jilqa’ fiħ primarjament klieb u qtates abbandunati li jkunu sfaw feruti. Meta jinstab annimal abbandunat u mwegga li jingabar mis-servizz tal-ambulanza tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Annimali, se jibda jingieb f’dan iċ-ċentru sabiex dak l-annimal jinghata l-kura mehtiega.

Minn ghada l-pubbliku wkoll se jkun jista juża s-servizz ta’ dan iċ-ċentru. Il-familji jistgħu jġibu l-pets tagħhom, li jistghu jinkludu anke zwiemel, f’dan iċ-ċentru fejn tingħata l-kura u s-servizz ta’ after care, liema servizz se jkun offrut bi ħlas ragonevoli. Minn issa ‘l quddiem wieħed jista’ jserraħ rasu li jekk il-pet tiegħu jiġrilu xi ħaġa, jkun x’ħin ikun, se jsib dan iċ-ċentru jopera 24 siegħa kuljum, ħdud u festi nklużi. Dan iċ-ċentru li jiflaħ iżomm fih mal-50 annimal f’daqqa, huwa sostnut minn staff veterinarju professjonali li se jiprovdi kull tip ta' servizz ta' kura.

Dan il-proġett li se jservi anke ta’ centru ta’ edukazzjoni u taghrif fuq l-annimali, hu wieħed innovattiv u environment-friendly. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru hu mghotti b’wiċċ tal-ħaxix. Dan sar hekk ghal tlett ragunijiet. L-ewwel nett sabiex il-binja tintegra ruha mal-ambjent tal-madwar; it-tieni sabiex is-saqaf iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx. It-tielet sabiex nimmassimissaw l-ispazju minflok ma niehdu aktar art, billi nistghu nuzaw anke l-ispazju li offrilna s-saqaf.

Aug 21, 2010

International Day for Homeless Animals

Illum huwa l-International Day for Homeless Animals u dehrli li jkun xieraq li propju f'dan il-jum inlaqqa lil persuni li matul l-ahhar xhur addottaw klieb jew qtates minn dawk li jkunu ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment ghall-Kura tal-Annimali. L-iskop tal-attivita' kien li filwaqt li nirringrazzja lilhom, nappella ukoll lil persuni u familji ohra biex jaghmlu l-istess. Wiehed jista jara l-annimali disponibbli ghall-addozzjoni anke fuq http://vafd.gov.mt/str

Id-Dipartiment li jirċievi madwar 200 telefonata fix-xahar, igifieri medja ta’ 7 telefonati kuljum, gabar madwar 800 kelb u qattus minn kemm ilha topera l-ambalunza mid-dipartiment. Meta l-annimali jiġu salvati dawn jittieħda direttament għand vet fejn l-annimal jingħataw l-kura meħtieġa. Wara, dawn jiġu rikoverati ġewwa l-Għammieri u meta jfiequ jingħataw għall-adozzjoni. Sa llum 35% (250 annimali) tal-klieb u qtates li ngabru mit-toroq ta' pajjizna mid-Dipartiment sabu familja x’tilqagħhom.

Mument sabih dalghodu kien dak meta Dr.Suzanne Portelli Demajo laqqatna mal-kelba Katerina. Din il-kelba ingabret ftit tax-xhur ilu minn hdejn il-kamra tan-nar ta' Santa Katerina fiz-Zurrieq (ghalhekk inghatalha l-isem ta' Katerina) u meta nstabet ma kienet madura hafna u ma kienet iccaqlaq l-ebda parti minn gisimha hlief rasha. Bil-pacenzja kollha u b'dedikazzjoni Suzanne tat lil Katerina sieghat twal ta' fizjoterapija u llum din il-kelba qed terga tghix hajja normali. Bhal Dr.Portelli Demajo jiddedikaw hafna attenzjoni l-haddiema kollha tad-Dipartiment li waqqafna f'dawn l-ahhar snin, kif ukoll l-istudenti tal-AgriBusiness Institute tal-MCAST li jghinu f'din il-hidma.

Ftit tal-gimghat ohra qed nipjanaw li nifthu l-After-Care Animal Centre gewwa Ta' Qali halli ntejbu s-servizzi li naghtu lill-annimali f'pajjizna. Hemmhekk hadna hsieb ukoll li noffru spazju ghat-training tal-guide dogs ghall-persuni neqsin mid-dawl. Dan li qed naghmlu ahna bhala stat jikkumplimenta l-hidma kbira li jaghmlu ta' kuljum bosta NGOs li jiddedikaw l-energiji u r-rizorsi anke taghhom personali ghall-kura tal-annimali.

Apr 13, 2010

Storja ta' success

Matul l-ahhar sentejn ghamilna verament qabza ta' kwalita fis-servizzi li qed noffru fil-qasam tal-harsien tal-annimali. Il-bierah zort id-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali f’għeluq is-sentejn minn mindu waqqafnih. Kien ilu jinħass il-bżonn li f’pajjiżna jkollna dipartiment li jħares lill-annimali li sfortument jisfaw maħqura jew abbandunati minn nies irresponsabbli. Il-ħaddiema ta’ dan id-dipartiment taht it-tmexxija tad-Direttur Mario Spiteri, ħadmu bla heda biex illum wasalna fejn wasalna.

F’Jannar ta’ din is-sena, wara proġett pilota li wettaqna s-sena l-oħra, bdiet topera l-ambulanza għall-annimali mill-istess dipartiment 24 siegħa kuljum. F’dawn l-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena dan is-servizz issejjaħ għal aktar minn 500 darba. Hasra pero li kien hemm mal-50 telefonata falza. Minn naħa l-ohra huwa ta’ sodisfazzjon li madwar 30% tal-klieb salvati qed isibu familja li tilqagħhom. Biex inziedu n-numru ta' annimali addottati se ntejjbu l-website tad-Dipartiment halli ikun hemm ritratti tal-annimali li jkunu fi stat li jistgħu jiġu addottati, wara li jkunu trattati.

Kemm ilu mwaqqaf id-Dipartiment ghamel ‘l fuq minn 1,000 spezzjoni f’pet shops, irziezet, santwarji u fi djar privati, wara rapporti ta’ allegat moħqrija. Sa llum ittieħdu, jew se jittieħdu, passi kriminali kontra 25 persuna fil-Qorti.

Id-dipartiment wettaq ukoll programm ta' neutering ta’ l-annimali tat-triq. Gew trattati aktar minn 2,000 strays. Dan sar b’investiment ta’ aktar minn €200,000. Il-pass li jmiss hu li nintroducu regolamenti li jaghmluha obligatorja li klieb tat-tip 'Pit Bull' u razez simili jiġu kollha micro-chipped. B'hekk is-sid tagħhom ikun dejjem jista jiġi traċċat u f’każ li dawn l-annimali jkunu abbandunati jkun jista jiġi ddentifikat min ikun wettaq dan ir-reat. B'mod gradwali rridu naslu biex il-klieb kollha jkunu micro-chipped.

Jan 8, 2010

Ambulanza ghall-Annimali

Wara l-proġett pilota tul it-tieni nofs tas-sena 2009 fejn bdiet topera l-ambulanza tal-annimali, mill-ewwel ta’ Jannar dan is-servizz beda jiġi offrut mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Irrid nirringrazzja lill-għaqda Noah’s Ark li daħlet fi ftehim mal-Gvern u ħaddmet dan is-servizz sa’ tmiem l-2009.

B’kollox mill-bidu ta' din is-sena nġabru mal-40 kelb u qattus. Huwa nkoraġġanti l-fatt li ħafna minn dawn l-annimali salvati sabu familji li jilqgħuhom fi djarhom. Napella sabiex min jista’ u min għandu għal-qalbu l-annimali biex jilqa’ kelb jew qattus id-dar tiegħu. Jidher għalhekk li l-ambulanza tal-annimali hija bżonjuża ħafna għal-pajjiżna. Dan is-servizz jinstab ukoll ġewwa għawdex permezz ta’ ambulanza li qegħda tintuża u tkun operata mill-fergħa Għawdxija tal-SPCA.

Ix-xogħol tal-hafna volontiera li jaħdmu b’risq dawn l-annimali abbandunati flimkien mal-ħidma tad-Dipartiment li issa dieħel fit-tieni sena’ mit-twaqqaf tiegħu, qegħda tissarraf f’riżultati pożittivi favur il-ħarsien tal-annimali. Irrid għal darb’oħra nerġa ntenni l-grazzi tiegħi lill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali li b’ħidmiethom qed jaghtu ezepmju.

Ta’ min ifakkar li l-ħidma tal-Gvern favur l-annimali tmur lil hinn mis-servizz tal-ambulanza għaliex għadu għaddej ix-xogħol biex aktar tard din is-sena jitlesta ċ-Ċentru għat-Trattament tal-Annimali f’Ta’ Qali. Dawn huma l-provi ta’ ħidma minn Gvern li tabilħaqq jemmen, u jinvesti favur ħarsien aħjar tal-annimali tagħna.

Jul 10, 2009

Servizz ta' Animal Ambulance

Nistqarr li wieħed mis-setturi li l-aktar li jtuni sodisfazzjon bix-xogħol li qed inwettqu fih huwa dak tal-animal welfare. Settur li kulma jmur qed isir dejjem aktar importanti u ta’ attwalita’, grazzi ukoll għall-hidma ta’ voluntiera u l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern.

Illum għaddejna ambulanza oħra lil Noah’s Ark biex ikompli jissaħħaħ is-servizz li beda bi prova fl-ewwel ta’ Gunju ta’ din is-sena. Illum ukoll, f’isem il-Gvern, iffirmajt ftehim mal-NGO Noah’s Ark li qegħda tmexxi dan is-servizz ta’ 24 siegħa kuljum imħallas mill-Gvern.

Matul dan ix-xahar ta’ prova daħlu ‘l fuq min 100 każ ta’ emergenza minbarra diversi każi oħra ta’ klieb u qtates li kienu abbandunati f’toroq traffikużi u li anke bl-għajnuna tad-Dipartiment għat-Tratament Xieraq tal-Annimali ġew miġbura f’ħin f’waqtu biex b’ hekk ġie evitat li dawn l-annimali jispiċċaw milquta mill-karozzi.

Din is-sistema tal-ambulanza taħdem billi kull min irid jirrapurta każ ta’ annimali abbandunati jew mweġġa għandu jċempel id-depot tal-pulizija fuq in-numru 21224001 u tkun il-pulizija li ssejjaħ għall-ambulanza. Permezz ta’ żewġ ambulanzi f’Malta u oħra f’Għawdex mmexija mill-Gozo SPCA qed tingħata attenzjoni veterinarja immedejata lil dawk l-annimali kollha li jkunu sfaw imweġġa fit- triq . L-appell tiegħi hu biex ma jsirx abbuż minn dan is-servizz li hu tant utli.