Dec 3, 2008

Progett ghall-annimali u ghan-nies.

Dalgħodu żort il-bini li qed jinbena ġewwa Ta’ Qali biex jilqa fih l-ewwel Animal After Care Centre f’pajjiżna. Dan ic-centru, li nittamaw li jibda jiffunzjona fl-2010, ghandu jilqa fih kemm 1) annimali mweġġa li jingabru mit-triq u li jigu kkurati, kif ukoll 2) pets li wara li jkunu operati fi vet clinics privati jinzammu f'dan ic-centru ghal perjodu ta’ konvalaxenza.

Bosta nies li ghandhom pet hafna drabi ma jkunux jafu kif idewwu l-annimal waqt il-perjodu ta' konvalexenza jew ma jkunx possibli joqghodu mieghu matul il-gurnata. Fil-każ ta’ annimali abbandunati li jkunu mwegga, dawn ikunu jistghu jinġiebu f’dan iċ-ċentru, jiġu medikati, neutered u wara jinstabilhom post f’xi santwarju.

Fil-laqghat li jkolli mal-NGOs giet indikata l-htiega ta' centru bhal dan u rnexxieli notjeni l-commitment tal-Gvern biex jiprovdi facilita' bhal din.
Dan il-proġett huwa wieħed innovattiv għax huwa ‘green building’. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru se jkun mghotti b’wicc tal-ħaxix, dan l-istess saqaf se jkun qed iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx u l-‘carbon footprint’ ikun ridott. Biex l-impatt viziv fuq iż-żona rurali ta’ Ta’ Qali jkun minimu, is-saqaf ta’ dan il-bini se jkun ftit aktar għoli mill-livell ta’ l-art tal-madwar izda xorta jibbenefika minn ammont kbir ta’ ventilazzjoni u dawl naturali.

Għal din l-attivita ta’ dalgħodu attendew numru ta' raprezentanti ta' NGOs li lkoll ferħu meta raw li din il-ħolma tagħhom ukoll, qegħda tissarraf f’realta’ bis-sahha tal-investiment tal-Gvern. Dalghodu ghal darb'ohra rringrazzjajt lill-NGO’s tax-xogħol siewi li qed jagħmlu u ergajt heggigthom jahdmu aktar flimkien halli jsibu sinergija bejniethom u jimmassimizzaw r-rizultati fl-interess tal-protezzjoni tal-annimali f'pajjizna.

No comments: