Showing posts with label Carm Mifsud Bonnici. Show all posts
Showing posts with label Carm Mifsud Bonnici. Show all posts

Jun 26, 2012

Partit tal-vendikazzjonijiet

“Just to let you know that I share your disappointment to the recent political developments. I think that Richard Cachia Caruana gave his whole life to his country and should have been thanked not humiliated in that way.” Dan huwa parti minn messagg li rcivejt minghand persuna Maltija li llum taħdem mal-Kummissjoni Ewropea.  Is-sentiment ta’ rabja u diżappunt ta’ dan il-messagg huwa wkoll tieghi. Mhux ġust li persuna li tkun qdiet dmirha bl-akbar dedikazzjoni u korrettezza tispicca assassinata politikament kif sar.  Qed nikteb illum ġimgħa wara dak li ġara biex inkun ħallejt l-emozzjoni tibred u nikteb b’mod razzjonali.

Il-Partit Laburista għal darb’ohra fakkarna dak li fil-fatt hu: partit tal-vendikazzjonijiet.  Forsi m’għadux isawwat lil min ma jaqbilx miegħu, imma għadu juza l-agħar forma ta’ vjolenza morali biex ikisser lil dawk li ma jaqblux miegħu.  Mhux hekk biss izda, il-Labour wera għal darb’ohra kif jimmanipula certi nies biex jasal għall-finijiet tieghu, anke jekk dawk in-nies kienu persuni li tgħidx kemm ikkalpesthom fl-imgħoddi ricenti.   Joseph Muscat mhux qed jirnexxielu jinfatam mis-sistemi tal-passat tal-Partit Laburista, anzi qed imexxi politika opportunistika li tirriġudici l-politika fl-logħba moqżieża mibnija fuq vendikazzjonijiet.

Dan l-aħħar assassinju politiku, bħal dak kontra Carm Mifsud Bonnici, iwaqqa lill-politika fl-aktar livell baxx u jnaffar il-fiducja ta’ persuni tajbin milli jimpenjaw ruħhom fil-politika.  Meta l-politika ssir arena ta’ lanziet personali, li tinjora l-interessi nazzjonali, nkunu qegħdin biss innaffru l-elementi li jistgħu jikkontribwixxu.  Kif qal tajjeb Lino Spiteri: fl-artiklu tieghu: “Politics, bloody politics gets in the way of everything in this cursed island of ours, not least because of people working behind the scenes according to their personal agenda.”

May 30, 2012

Carm Mifsud Bonnici - raġel eżemplari

Illum l-Opposizzjoni sparat fuq Carm Mifsud Bonnici.  Persuna li ili nafha minn meta kelli sittax-il sena.  Persuna konvinta mill-principji, b’karattru msejjes fuq il-valuri u tal-aqwa mġieba.  Bniedem li f’ħidmietu dejjem insista sabiex iż-żgħir jiġi mgħejjun jitla ‘l fuq.  X’ironija ! Imbagħad issib lil membri tal-Opposizzjoni li għax bla skruplu vvutaw biex jumiljawh u ġegħluh jilgħaq it-trab tal-art !

Carm jibqa jissemma għal ħidmitu l-aktar fuq l-immigrazzjoni rregolari u l-obbligu li nwieġbu għal dan il-fenomenu a bażi ta’ prinċipji u mhux a bażi ta’ opportuniżmu kif għamel fl-imgħoddi l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat meta qalilna li lil dawn il-persuni dgħajfa għandna nħalluhom f’nofs ta’ baħar.

Flimkien ma’ Richard Cachia Caruana, Tonio Borg u l-Prim Ministru, Carm  ħadem u stinka biex ġab dan is-suġġett fuq nett tal-aġenda Ewropea.  Saħansitra wassal biex Malta llum tospita wkoll istituzzjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil.  Hemm pajjizi ohra fl-UE li sa llum ma jospitawx xi Agenzija tal-UE.

Imma Carm għax raġel, accetta l-kundanna, minkejja li jaf li ma kenitx kundanna mistħoqqa.  Għazel li jirriżenja.  Mhux għax falla imma għax spicca bħala l-ħaruf tas-sagrificcju ta’ min għandu kilba għamja għall-poter u huwa vendikattiv.  F’dan il-mument difficli ħsibijieti jmorru f’Carm u l-familja tiegħu, specjalment martu Sandra li għażlet li tiġi l-Parlament għas-seduti kollha tal-mozzjoni.  Kuraġġ Carm il-battalja tkompli u naf li se nsibuk quddiem magħna biex tkompli taghti l-kontribut tieghek.

Sep 4, 2011

Fejn hi l-etika ?

Mela Joseph Muscat ftit wara li lahaq leader tal-PL kien waqqaf kumitat tal-etika ghall-media tieghu. Kien wieghed li sakemm ikun leader hu, l-gurnalisti tal-media tal-Partit tieghu jkunu etici u jirrapurtaw l-istejjer b’mod korrett.

Issa proprju waqt li l-Ministru Carm Mifsud Bonnici jinsab l-isptar ghal kura, tidher ahbar fuq il-One News li l-Prim Ministru se jaghmel reshuffle u fil-fatt se jnehhi lil Ministru Mifsud Bonnici. U l-istorja tkompli: Skond il-One News “se jinghataw ragunijiet ta’ sahha ghat-tnehhija ta’ Carm Mifsud Bonnici”.

Storja oxxena. Verament waqa’ fil-baxx il-media tal-Partit Laburista. Jafu li Carm Mifsud Bonnici ilu l-isptar ghall-ahhar tlett gimghat u proprju issa jivvintaw storja bhal din. Tant jafu li ftit tal-granet ilu d-Deputat Kap tal-PL, Toni Abela awgura fejqan ta’ malajr lil Carm Mifsud Bonnici. Igifieri zgur li issa ma jistghux jigu jghidulna li ma kienux jafu li ma jiflahx, kif kienu qalulna meta nsistew li Fenech Adami jigi personalment hu fil-Parlament jitkellem fuq mozzjoni, allavolja t-tabib tieghu kien tah struzzjonijiet biex jibqa d-dar.

Min qal li tal-Labour inbiddlu ? L-uniku haga li nbiddlet huwa d-disinn tat-torca imma l-metodi ghadhom l-istess. Jekk Joseph Muscat irid li jitwemmen imissu hu stess iressaq lill-gurnalist li kiteb l-istorja quddiem il-kumitat tal-etika. Jekk ma jaghmilx hekk allura bilfors ikollna nikkonkludu li Joseph Muscat komplici daqs min kiteb storja bhal din.