“Just to let you know that I share your disappointment to the recent
political developments. I think that Richard Cachia Caruana gave his whole life
to his country and should have been thanked not humiliated in that way.”
Dan huwa parti minn messagg li rcivejt minghand persuna Maltija li llum taħdem mal-Kummissjoni Ewropea. Is-sentiment ta’ rabja u diżappunt ta’ dan il-messagg huwa wkoll tieghi.
Mhux ġust li persuna li tkun
qdiet dmirha bl-akbar dedikazzjoni u korrettezza tispicca assassinata politikament
kif sar. Qed nikteb illum ġimgħa wara dak li ġara
biex inkun ħallejt
l-emozzjoni tibred u nikteb b’mod razzjonali.
Il-Partit Laburista għal darb’ohra fakkarna dak li
fil-fatt hu: partit tal-vendikazzjonijiet.
Forsi m’għadux isawwat
lil min ma jaqbilx miegħu,
imma għadu juza l-agħar forma ta’ vjolenza morali biex
ikisser lil dawk li ma jaqblux miegħu. Mhux hekk biss izda, il-Labour wera għal darb’ohra kif jimmanipula certi
nies biex jasal għall-finijiet
tieghu, anke jekk dawk in-nies kienu persuni li tgħidx kemm ikkalpesthom fl-imgħoddi ricenti. Joseph
Muscat mhux qed jirnexxielu jinfatam mis-sistemi tal-passat tal-Partit Laburista,
anzi qed imexxi politika opportunistika li tirriġudici l-politika fl-logħba
moqżieża mibnija fuq vendikazzjonijiet.
Dan l-aħħar assassinju politiku, bħal dak kontra Carm Mifsud Bonnici, iwaqqa
lill-politika fl-aktar livell baxx u jnaffar il-fiducja ta’ persuni tajbin
milli jimpenjaw ruħhom
fil-politika. Meta l-politika ssir arena
ta’ lanziet personali, li tinjora l-interessi nazzjonali, nkunu qegħdin biss innaffru l-elementi li
jistgħu jikkontribwixxu. Kif qal tajjeb Lino Spiteri: fl-artiklu
tieghu: “Politics, bloody politics gets in the way of everything in this cursed
island of ours, not least because of people working behind the scenes according
to their personal agenda.”
No comments:
Post a Comment