Showing posts with label Cipru. Show all posts
Showing posts with label Cipru. Show all posts

Apr 1, 2013

Cipru u ahna


Pajjiż li jixbaħna. Eks kolonja Ingliża. Gżira fil-Mediterran b'industriji qawwijin tat-turiżmu u tas-servizzi finanzjarji. Daħal magħna fl-Unjoni Ewropea u anke fl-ewro. Kellu prospetti sbieħ ħafna sa ħames snin ilu. Imma x-xebħ jieqaf hemm. 
 
Minn ftit tas-snin ilu 'l hawn, Ċipru beda jiżbalja. Intlaqat mill-kriżi finanzjarja dinjija. Żdiedlu l-qgħad. L-iżbilanċ tal-Gvern kiber ħafna. Ma qagħadx attent li jifred il-banek bejn dawk li jservu s-suq lokali u dawk li jagħtu servizzi purament lill-barranin.  Ġibed lejh depożiti dubbjużi mir-Russja u silef lill-Greċja. Kellu power station ħdejn ħażna ta' munizzjon li splodiet u magħha tajret il-power station. Faqa' s-suq tal-propjetà li x'ħin waqgħet għaffġet il-banek taħtha. Issa qed ikollu jittallab u jiddejjen 10 biljun ewro. Il-banek ewlenin għoddhom falluti. Se jkunu salvati imma billi jikkonfiskaw biċċa mid-depożiti li hemm fihom. Il-Gvern ta' Ċipru żied it-taxxi u qed jara l-qgħad ikompli jiżdied. 
 
Aħna f'Malta konna f'kuntrast kbir. Fl-aħħar ħames snin bilkemm ħassejna l-kriżi dinjija. Il-qgħad hu fost l-aktar baxxi fl-Ewropa. L-iżbilanċ tal-Gvern hu taħt it-3 fil-mija. Għandna l-aktar banek sodi fl-Ewropa immexxijin bi prudenza kbira. Il-Gvernijiet kollha tal-passat issellfu biss mingħand il-Maltin. 
 
Dak li għaddej minnu Ċipru jgħallimna ħafna, u jgħallimna wkoll x'tip ta' Gvern għandna issa. Għax id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li titfa' l-piż tal-problemi ta' Ċipru fuq id-depożitanti tal-banek għandha għax tħassibna. Din id-deċiżjoni ttieħdet f'laqgħa li fiha kien hemm il-Ministru tal-Finanzi Malti, Edward Scicluna. Jidher li l-Ministru tal-Finanzi Laburista ma tkellimx kontra din il-manuvra fejn id-depożitanti fil-banek Ċiprijotti se jkollhom biċċa minn flushom ikkonfiskati biex ikunu salvati l-banek Ċiprijotti. Addio l-protezzjoni lid-depożitanti. 
 
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien ferħan li kien on the right side of the table.  Imma ħa niftehmu, ma kienx on the receiving end mhux b’dak li għamel hu jew sħabu l-Ministri l-ġodda, imma għax l-amministrazzjoni ta’ qabel din kienet waħda li mxiet bil-għaqal u bi prudenza kbira.

Feb 7, 2013

Malta mudell mhux Cipru

‘Tlifna l-vantaġġ kompetittiv, jgħid l-ex President’.  Dan kien it-titlu fuq il-gazzetta Cyprus Mail ftit jiem ilu, meta l-ex President Ċipriott, George Vassiliou, qal li Ċipru tilef il-vantaġġ kompetittiv li kellu bħala ċentru ta’ servizzi finanzjarji.  Fl-argumenti tiegħu hu qal li jekk Ċipru trid tikkompeti u tirnexxi, trid tilħaq il-livelli ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn, fosthom Malta u r-Renju Unit.  
 
X’differenza mill-parir ħażin ta’ Joseph Muscat li fl-2010 kkritika lill-Gvern għat-tmexxija ekonomika u finanzjarja, u filwaqt li njora għal kollox il-kriżi finanzjarja internazzjonali qal li Malta messha ssegwi l-eżempju ta’ Ċipru.  
 
Kemm għamilna sew li ma ħadniex il-parir tiegħu!  Tlett snin wara nistgħu niftaħru li pajjiżna kien it-tielet pajjiż bl-akbar tkabbir tal-GDP ras għal ras.  Malta hija l-membru Ewropew li ra l-akbar tnaqqis fl-istudenti li jitilqu mill-iskola kmieni mill-2001 u li kellha l-akbar żieda fi gradwati mill-Universita’ mis-sena 2000.  Malta għandha wkoll is-sitt l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. 
 
Fil-frattemp, Ċipru kellu jitlob għajnuna finanzjarja fl-istess żmien li Angela Merkel iddikjarat li Malta hija eżempju ta’ stabbilita’ finanzjarja.  Kif jgħid il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, il-viżjoni hija fundamentali.  Li tħares lura mhijiex alternattiva speċjalment jekk int qed tmexxi l-pajjiż.  Dawn huma kollha eżempji li juru kemm Joseph Muscat mhuwiex kapaċi jmexxi għax sa llum kien dejjem fl-għażliet li għamel.