‘Tlifna l-vantaġġ
kompetittiv, jgħid l-ex President’. Dan
kien it-titlu fuq il-gazzetta Cyprus Mail ftit jiem ilu, meta l-ex President
Ċipriott, George Vassiliou, qal li Ċipru tilef il-vantaġġ kompetittiv li kellu
bħala ċentru ta’ servizzi finanzjarji.
Fl-argumenti tiegħu hu qal li jekk Ċipru trid tikkompeti u tirnexxi,
trid tilħaq il-livelli ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn, fosthom Malta u r-Renju
Unit.
X’differenza mill-parir ħażin
ta’ Joseph Muscat li fl-2010 kkritika lill-Gvern għat-tmexxija ekonomika u finanzjarja,
u filwaqt li njora għal kollox il-kriżi finanzjarja internazzjonali qal li
Malta messha ssegwi l-eżempju ta’ Ċipru.
Kemm għamilna sew li ma
ħadniex il-parir tiegħu! Tlett snin wara
nistgħu niftaħru li pajjiżna kien it-tielet pajjiż bl-akbar tkabbir tal-GDP ras
għal ras. Malta hija l-membru Ewropew li
ra l-akbar tnaqqis fl-istudenti li jitilqu mill-iskola kmieni mill-2001 u li
kellha l-akbar żieda fi gradwati mill-Universita’ mis-sena 2000. Malta għandha wkoll is-sitt l-anqas rata ta’
qgħad fl-Unjoni Ewropea.
Fil-frattemp, Ċipru kellu
jitlob għajnuna finanzjarja fl-istess żmien li Angela Merkel iddikjarat li Malta
hija eżempju ta’ stabbilita’ finanzjarja.
Kif jgħid il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, il-viżjoni
hija fundamentali. Li tħares lura
mhijiex alternattiva speċjalment jekk int qed tmexxi l-pajjiż. Dawn huma kollha eżempji li juru kemm Joseph
Muscat mhuwiex kapaċi jmexxi għax sa llum kien dejjem fl-għażliet li għamel.
No comments:
Post a Comment