Showing posts with label Joe Muscat. Show all posts
Showing posts with label Joe Muscat. Show all posts

Dec 28, 2013

Kawlata msahhna


Verament ħasra li lejlet il-Milied, flok nikkoncentraw fuq dak il-Jum tant sabih, spiccajna nitkellmu fuq il-politika !  Sempliciment ghax il-prim ministru Joseph Muscat refa' dan il-jum biex jtemm apposta t-taħditiet dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza. Timing mill-aghar fuq skema mill-aghar !   Gie fil-Parlament bi skema ta’ bejgh ta’ cittadinanza u se jhalliha kif kienet skema ta’ bejgħ.  Fit-tahdidiet, Joseph Muscat u shabu wrew li kienux interessati li jfittxu l-kunsens għaliex baqghu ma ndirizzawx l-oġġezzjoni fundamentali tal-Oppożizzjoni għal din l-iskema, jiġifieri li ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna m’għandhiex tkun għall-bejgħ.
 
Imbasta l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta tkellem quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew, meta ffaċċja l-kritika tal-ewroparlamentari u kien iddikjara li l-iskema kienet żball, kien wieghed li din se tinbidel.  Dakinhar Scicluna kien qal li din l-iskema kienet se tintrabat marbuta ma' investiment veru f'intrapriża li toħloq l-impjiegi; li dawk li joħduha kellhom joqogħdu Malta għal ċertu żmien;  u li din se tkun limitata biss għal 50 persuna fis-sena. Imma jidher li Muscat lanqas dak li qal il-ministru tal-finanzi tiegħu fi Brussell ma ta kas, webbes rasu, u reġa' ppreżentalna kawlata msahhna. 
 
Konna ttamajna li forsi raw id-dawl ! Imma konna mqarqa. Ipprova biss jirbah il-hin, ghamlilha ftit irtokki u ipprova jahbiha fl-isfond tar-rambagg tal-Milied.  Tipikament Muscat.  Ma jimpurtahx il-kontenut, jinteressah biss it-timing u l-istrategija ! 
 
Din l-iskema diga hamritilna wiccna mad-dinja kollha.  Il-media internazzjonali tkazat b’din l-iskema u pajjizna spicca diga tilef ħafna mill-fama tajba li kien bena tul tant snin.  Qabel l-1987 konna hadna sirna famuzi li ahna tallaba, imma dik l-impressjoni konna nehhejniha wara tant snin ta’ hidma.  Issa jidher li se nergghu niehdu din il-fama.  Tal-misthija ! Din l-iskema qajmet oppożizzjoni kbira, anke fost ħafna li vvutaw Labour. Li jimmeraviljani hu, kif certi nies li suppost jafu ahjar, spiccaw jaghtu l-appogg taghhom lil skema moqzieza bhal din !  

Jul 17, 2009

Joe Muscat michud

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma fuq il-viżjoni politika zbaljata tal-Kap tal-Oppożizzjoni, kulma wieħed għandu jagħmel hu li jiftakar kif Joe Muscat kien minn ta’ quddiem nett biex ifiehem lill-Islandiżi li posthom mhux fl-Unjoni Ewropea!

Ovvjament, dan kien qabel ma’ Muscat għadda mill-proċess ta’ konverżjoni li llum wasslu biex, għall-konvenjenza, jiftaħar kemm hu favur l-Ewropa. Il-ħidma sfieqa ta’ Muscat kontra l-Unjoni Ewropea wasslitu biex imur lil hinn mill-konfini lokali u pprova jikkonvinċi wkoll lit-320,000 Islandiż biex jirrifjutaw sħubija fl-Unjoni Ewropea. Parir ħażin, li kompla ġie kkonfermat mill-kriżi finanzjarja ta’ bħalissa fejn l-Islanda kienet fost l-aktar pajjiżi milquta ħażin.

Fatt li wassal lill-Gvern Islandiż biex jipproponi sħubija fl-Unjoni Ewropea u għalhekk propju il-bierah il-Parlament Islandiż iddecieda favur li jibda n-negozjati mal-UE u wara n-negozjati jmur ghal Referendum. Ta’ min jgħid li l-Islanda diġa għandha rabtiet mill-qrib mal-Unjoni Ewropea, fosthom fis-settur tas-sajd, fejn permezz ta’ ftehim bilaterali, sajjieda mill-Unjoni Ewropea u mill-Islanda jistgħu jwettqu dak li jissejjaħ Exchange of Fishing Possibilities.

Il-Gvern Islandiż qed jaghmel dan il-pass anke ghax ghadda minn l-akbar maltempata ekonomika fl-aħħar għexieren ta’ snin. Ironija meta tiftakar li kien hemm min tahom parir biex jibqgħu barra. L-istess persuna li llum qed taspira li tagħti pariri lill-poplu Malti dwar kif jista’ jibqa’ jimxi ‘l quddiem.

Jun 7, 2008

Mexxej gdid ghall-Labour - Awguri

Mela fl-ahhar il-Labour ghandhom mexxej gdid, Joe Muscat. Rebah il-bierah bil-lejl hekk kif fit-tieni round tal-elezzjoni ta' mexxej gdid ghall-MLP gab madwar zewg terzi tal-voti tad-delegati. Mexxej gdid ta' 34 sena. Il-bierah skond kif rappurtat f'The Times ta' llum Joe Muscat qal li behsiebu jaghmel "internal earthquake" ta' riformi fil-partit tieghu. Nawguralu mill-qalb u j'alla jirnexxielu. Il-Partit tal-Labour ghandu bzonn shake-up tajba sew.

Ma nafx x'irid ifisser ezattament Joe Muscat bit-terremot li jrid johloq. Nittama izda li jirnexxielu jaqta' lill-partit tieghu mill-politika negattiva tal-imghoddi, fejn dak kollu li jiproponi l-PN u l-Gvern kien jigi kkritikat u mzeblah sempliciment ghax kien ikun gej minna. Il-proposti ta' riformi taghna ma kienux jigu analizzati skond l-kontenut taghhom u wisq anqas kien isir sforz biex tinghata alternattiva. Jien ghandi tama li Joe Muscat dan jirnexxielu jaghmlu jekk jaghraf isawwar madwaru team tajjeb u jirnexxielu jpoggi fil-genb l-amministrazzjoni li hatfet lil Partit Laburista fl-ahhar snin.

Nemmen li Joe Muscat verament jixtieq jaghmel din il-bidla. Ghalhekk hassejtu barra minn loku l-kumment l-iehor li gie rappurtat f'The Times : "The Honeymoon is over Dr.Gonzi, we're back in business". Nahseb li Joe ghandu bzonn jikkoncentra l-ewwel fuq il-partit tieghu aktar milli fuq l-operat ta' Dr.Gonzi u l-Gvern tieghu.
Nawgura mill-qalb lil Joe Muscat li fis-snin li gejjin jirnexxielu jgholli l-livell tal-politika fil-partit tieghu biex b'hekk jgholli ukoll il-livell tal-politika f'pajjizna. Pajjizna jixraqlu livell politiku ferm ahjar, izda dan jiddependi mhux biss mill-PN u l-Gvern imma bil-qawwi ukoll mill-livell tal-politika tal-Opposizzjoni. Joe, Awguri u l-hidma t-tajba.