Ma nafx x'irid ifisser ezattament Joe Muscat bit-terremot li jrid johloq. Nittama izda li jirnexxielu jaqta' lill-partit tieghu mill-politika negattiva tal-imghoddi, fejn dak kollu li jiproponi l-PN u l-Gvern kien jigi kkritikat u mzeblah sempliciment ghax kien ikun gej minna. Il-proposti ta' riformi taghna ma kienux jigu analizzati skond l-kontenut taghhom u wisq anqas kien isir sforz biex tinghata alternattiva. Jien ghandi tama li Joe Muscat dan jirnexxielu jaghmlu jekk jaghraf isawwar madwaru team tajjeb u jirnexxielu jpoggi fil-genb l-amministrazzjoni li hatfet lil Partit Laburista fl-ahhar snin.
Nemmen li Joe Muscat verament jixtieq jaghmel din il-bidla. Ghalhekk hassejtu barra minn loku l-kumment l-iehor li gie rappurtat f'The Times : "The Honeymoon is over Dr.Gonzi, we're back in business". Nahseb li Joe ghandu bzonn jikkoncentra l-ewwel fuq il-partit tieghu aktar milli fuq l-operat ta' Dr.Gonzi u l-Gvern tieghu.
Nawgura mill-qalb lil Joe Muscat li fis-snin li gejjin jirnexxielu jgholli l-livell tal-politika fil-partit tieghu biex b'hekk jgholli ukoll il-livell tal-politika f'pajjizna. Pajjizna jixraqlu livell politiku ferm ahjar, izda dan jiddependi mhux biss mill-PN u l-Gvern imma bil-qawwi ukoll mill-livell tal-politika tal-Opposizzjoni. Joe, Awguri u l-hidma t-tajba.
No comments:
Post a Comment