Verament ħasra li lejlet il-Milied,
flok nikkoncentraw fuq dak il-Jum tant sabih, spiccajna nitkellmu fuq
il-politika ! Sempliciment ghax il-prim
ministru Joseph Muscat refa' dan il-jum biex jtemm apposta t-taħditiet dwar
il-bejgħ taċ-ċittadinanza. Timing mill-aghar fuq skema mill-aghar ! Gie fil-Parlament bi skema ta’ bejgh ta’
cittadinanza u se jhalliha kif kienet skema ta’ bejgħ. Fit-tahdidiet, Joseph Muscat u shabu wrew li
kienux interessati li jfittxu l-kunsens għaliex baqghu ma ndirizzawx
l-oġġezzjoni fundamentali tal-Oppożizzjoni għal din l-iskema, jiġifieri li
ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna m’għandhiex tkun għall-bejgħ.
Imbasta l-Ministru tal-Finanzi Edward
Scicluna meta tkellem quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew, meta
ffaċċja l-kritika tal-ewroparlamentari u kien iddikjara li l-iskema kienet
żball, kien wieghed li din se tinbidel.
Dakinhar Scicluna kien qal li din l-iskema kienet se tintrabat marbuta ma' investiment veru f'intrapriża li toħloq
l-impjiegi; li dawk li joħduha kellhom
joqogħdu Malta għal ċertu żmien; u li
din se tkun limitata biss għal 50 persuna fis-sena. Imma jidher li Muscat lanqas dak li qal
il-ministru tal-finanzi tiegħu fi Brussell ma ta kas, webbes rasu, u reġa' ppreżentalna kawlata
msahhna.
Konna ttamajna li forsi raw
id-dawl ! Imma konna mqarqa. Ipprova biss jirbah il-hin, ghamlilha ftit irtokki
u ipprova jahbiha fl-isfond tar-rambagg tal-Milied. Tipikament Muscat. Ma jimpurtahx il-kontenut, jinteressah biss
it-timing u l-istrategija !
Din l-iskema diga hamritilna wiccna mad-dinja
kollha. Il-media internazzjonali tkazat
b’din l-iskema u pajjizna spicca diga tilef ħafna mill-fama tajba li kien bena tul
tant snin. Qabel l-1987 konna hadna
sirna famuzi li ahna tallaba, imma dik l-impressjoni konna nehhejniha wara tant
snin ta’ hidma. Issa jidher li se
nergghu niehdu din il-fama. Tal-misthija
! Din l-iskema qajmet oppożizzjoni kbira, anke fost ħafna li vvutaw Labour. Li
jimmeraviljani hu, kif certi nies li suppost jafu ahjar, spiccaw jaghtu
l-appogg taghhom lil skema moqzieza bhal din !
No comments:
Post a Comment