Għaddew erba’ snin
mill-wegħda li anke l-Magħtab iwarrad.
Wegħda li b’investiment ta’ miljuni ta’ Ewro, u bi pjan ċar qed
titwettaq u anke bdiet tagħt l-ewwel riżultati viżibli. Viżibli anke għax sa llum ħafna mix-xogħol
kien għaddej ġo l-muntanja tal-miżbla magħluqa tal-Magħtab. Wara li konna caqlaqna madwar 700,000 tunnellata ta’
materjal biex il-ġnub tal-muntanja ma jcedux, konna nstallajna madwar 400 bir
tal-ħadid u 55km ta’ pajpijiet biex jinqabdu l-gassijiet u jiġu trattati billi jinħarqu
f’temperatura ta’ ‘l fuq minn 1000 deg Cent. Dawn ir-riżultati wasslu biex id-diossina fl-arja tal-madwar tonqos b'99%. Jun 12, 2012
Maghtab - Simbolu ta' politika ambjentali serja
Għaddew erba’ snin
mill-wegħda li anke l-Magħtab iwarrad.
Wegħda li b’investiment ta’ miljuni ta’ Ewro, u bi pjan ċar qed
titwettaq u anke bdiet tagħt l-ewwel riżultati viżibli. Viżibli anke għax sa llum ħafna mix-xogħol
kien għaddej ġo l-muntanja tal-miżbla magħluqa tal-Magħtab. Wara li konna caqlaqna madwar 700,000 tunnellata ta’
materjal biex il-ġnub tal-muntanja ma jcedux, konna nstallajna madwar 400 bir
tal-ħadid u 55km ta’ pajpijiet biex jinqabdu l-gassijiet u jiġu trattati billi jinħarqu
f’temperatura ta’ ‘l fuq minn 1000 deg Cent. Dawn ir-riżultati wasslu biex id-diossina fl-arja tal-madwar tonqos b'99%. Apr 7, 2011
Dik differenza !
Dalghodu jien u sejjer attivita’ tal-Eko-Skola fis-Salini Park, rajt xena li sa ftit ftit tas-snin ilu zgur li ma kontx tarha. It-triq ta’ taht il-mizbla tal-Maghtab kienet maghluqa u z-zewg nahat taghha kienu qed jintuzaw bhala track ghall-bosta ciklisti. Xi gimghatejn ilu rajt ukoll tlett persuni rekbin iz-zwiemel ghaddejjin mill-passagg li jaghmilna fuq il-mizbla l-antika tal-Maghtab ghal dan il-ghan. Ghidli minn kien se jissogra jmur taht il-mizbla tal-Maghtab bir-rota jew biz-ziemel sa 4 snin ilu ?! Niftakar li kulhadd kif kien javvicina l-Maghtab kien ikun pront itella t-twieqi u jsuq kemm ghandu sahha halli ma jifgax ! U dan minkejja li ftit passi l-boghod imma engineered landfill li fiha niehdu l-iskart kuljum xorta !Il-mizbla l-antika tal-Magħtab għaddiet minn żewġ proċessi fit-triq għar-riabilitazzjoni tagħha, l-ewwel ma sar kien li ġew inċaqqalqa madwar 700,000 tunnellata terrapin biex tiżdied l-istabbilità u jinħoloq spazju għal passaġġi. It-tieni ġew installati 55 kilometru ta’ pajpijiet u madwar 400 bir li huma fondi madwar 12-il metru kull wieħed biex niżguraw li l-gassijiet li hemm ġol-miżbla jinqabdu. B’kollox mil-Magħtab jinġabru madwar 6,000 metru kubu ta’ gassijiet ħżiena fis-siegħa u minn meta beda jopera ir-Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) ġabar aktar minn 100 milljun metro kubu ta’ gas ħażin liema gas gie mahruq f’temperatura gholja halli jnehhi l-periklu ta' tniggis.
Dawn ir-riżultati wasslu wkoll biex il- kwantità ta’ diossina fl-arja tal-madwar naqset b’99%. Dan juri kemm tjiebet il-kwalita’ tal-arja tal-madwar fejn qed ikun hemm aktar arja nadifa. Barra hekk ġie nstallat ukoll impjant tar-Reverse Osmosis sabiex jitratta l-ilma. L-ilma ta’ dan ir-RO qiegħed jintuża għat-tisqija tal-istess żona.
Wara l-implementazzjoni ta’ din il-fazi, issa bdiet l-aħħar fażi li ser iwassal ghar-riabilitazzjoni ta’ dan is-sit. Il-progett ser jinvolvi li l-Maghtab titgħatta b’capping apposta biex b’hekk jiġu kontrollati aktar l-emissjonijiet kif ukoll jonqos l-ammont ta’ leachate li jiġi ġġenerat. Wara titqieghed il-ħamrija sabiex jkun jistghu jitħawlu aktar siġar u jkun jista jintuza bhala park. Dan huwa t-titjib fil-kwalita’ tal-ambjent li mhux nitkellmu fuqu imma wettaqna u se nkomplu nwettqu, halli igawdu l-hafna.
Jun 14, 2010
Ċentru ta’ Eċċellenza
Il-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn pajjiżna ċentru ta’ eċċellenza kompliet tingħata aktar konkretezza hekk kif il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarju Palrmanetari Clyde Puli, ħabbru l-bidu ta’ proċess li għandu jwassal għall-ħolqien ta’ villaġġ sportiv ġewwa White Rocks.B’dan il-proġett, il-qalba tal-White Rocks Sports & Leisure Village se tkun qed tospita dixxiplini differenti, bl-aqwa disinn u faċilitajiet u b’hekk Malta se jkollha wieħed mill-ikbar faċilitajiet multi-sportivi fl-Ewropa t’isfel. Wara l-konklużjoni tal-konsultazzjoni u tan-negozjati mal-investituri, dan il-proġett nittamaw li jissarraf f’investiment barrani ta’ €200 miljun. F’termini ekonomiċi, dan il-proġett se jiġbed lejn Malta wieħed mill-ikbar ammonti ta’ investiment barrani fl-istorja tagħna.
Importanti huwa l-aspett tal-ħolqien tax-xogħol fejn hu mistenni li dan il-villaġġ sportiv joħloq minimu ta’ 800 impjieg ġdid. Hu ippjanat li b’dan l-investiment se tkun qed tingħata spinta importanti biex jiġi attirat dejjem iktar turiżmu sportiv mill-Ewropa u minn kontinenti oħra.
Mhux ta’ min wieħed jinsa’ wkoll il-lat ambjentali ta’ dan il-proġett. Dan il-progett illum jista jsir ghax bdejna nfejqu l-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab li tinsab ftit metri 'l bogħod b'investimenti kbar. Hadd zgur ma kien jigi jinvesti sold kieku dik il-mizbla ghadha l-gerha li kienet !
Mar 11, 2010
Maghtab - simbolu ta' politika ghaqlija
Il-Bord tal-MEPA approva l-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab. Irrid infakkar li din hi l-istess miżbla li sa’ sitt snin ilu konna nitfgħu l-iskart kollu fiha, mingħajr ebda kontroll jew pjan.Id-deċiżjoni tal-Bord tal-MEPA huwa pass fundamentali u konkrett ieħor fit-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra, dik li nfejqu l-pjaga tal-Maghtab u nroddu dak l-ispazju lura bhala park lill-poplu. Sa’ sitt snin ilu konna nirreferu għall-Magħtab bħala s-simbolu tat-telqa ambjentali f’pajjiżna. Illum inghatajna l-ghodda biex inkomplu nibnu fuq dak li wettaqna matul l-ahhar 6 snin.
Fis-6 snin li għaddew, minn meta għalaqna din il-miżbla f’April tal-2004, ma qagħadniex idejna fuq saqna ! Hejjejna bini ta’ faċilitajiet alternattivi ta’ engineered landfills u caqlaqna eluf ta' tunellati ta' materjal fejn kien jidher car li hemm periklu ta' kollass. Forsi ftit nies jirrealizzaw li gewwa l-gholja tal-Maghtab ghad hemm nirien li jtellghu temperaturi ta' aktar minn 200 degree C. Biex nigbru u nitrattaw il-gassijiet hziena minn din il-mizbla nstallajna mal-400 bir tal-hadid u giet installata sistema li tahraq il-gassijiet f'temperaturi ta' madwar 900 degree C halli jinqerdu l-elementi tossici mill-arja. Biex ghamilna dan sa llum infaqna mad-€9 Miljun.
Jan 18, 2009
Impressjonat bil-volum tax-xoghol
Il-bierah filgħodu l-President tar-Republika, Eddie Fenech Adami, żar ix-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni li qed naghmlu fuq il-landfill magħluqa fil-Magħtab. Ix-xogħol intensiv li jinsab għaddej għalkemm mhux tant viżibbli mill-coastroad qiegħed iħalli impatt kbir fuq l-ambjent. Fil-fatt waqt iz-zjara tieghu l-President meta kellem lil media stqarr li kien "verament impressjonat bil-volum tax-xoghol li sar u ghadu ghaddej".Sep 18, 2008
Falza stikka
Wara break mhux hazin, back to blog ! Nhar il-ħadd li għadda l-gurnal tal-MLP Il-Kullħadd ppublika b’tant prominenza storja li allegat li fil-mizbla tal-Magħtab dieħel ammont ta’ skart iġġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni. Din l-allegazzjoni ġiet ripetuta wkoll fil-ġurnal elettroniku tal-MLP, MaltaStar.com.Din is-suppost scoop mhi xejn ħlief hlieqa nfondata! It-trakkijiet kienu qegħdin iġorru tafal u mhux materjal tal-bini. Tajjeb wiehed ikun jaf li biex isiru l-engineered landfills wiehed irid jaghmel 5 saffi ta' protezzjoni li wiehed minnhom jista jkun GCL (Geosyntetic Clay Liner) jew tafal. Dan il-GCL jinxtara €5 ghal kull metru kwadru ! Biex tifranka l-flus imma fl-istess hin l-istess protezzjoni il-WasteServ tiprova kemm jista jkun tutilizza t-tafal naturali li jiswa anqas.