Il-mizbla l-antika tal-Magħtab għaddiet minn żewġ proċessi fit-triq għar-riabilitazzjoni tagħha, l-ewwel ma sar kien li ġew inċaqqalqa madwar 700,000 tunnellata terrapin biex tiżdied l-istabbilità u jinħoloq spazju għal passaġġi. It-tieni ġew installati 55 kilometru ta’ pajpijiet u madwar 400 bir li huma fondi madwar 12-il metru kull wieħed biex niżguraw li l-gassijiet li hemm ġol-miżbla jinqabdu. B’kollox mil-Magħtab jinġabru madwar 6,000 metru kubu ta’ gassijiet ħżiena fis-siegħa u minn meta beda jopera ir-Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) ġabar aktar minn 100 milljun metro kubu ta’ gas ħażin liema gas gie mahruq f’temperatura gholja halli jnehhi l-periklu ta' tniggis.
Dawn ir-riżultati wasslu wkoll biex il- kwantità ta’ diossina fl-arja tal-madwar naqset b’99%. Dan juri kemm tjiebet il-kwalita’ tal-arja tal-madwar fejn qed ikun hemm aktar arja nadifa. Barra hekk ġie nstallat ukoll impjant tar-Reverse Osmosis sabiex jitratta l-ilma. L-ilma ta’ dan ir-RO qiegħed jintuża għat-tisqija tal-istess żona.
Wara l-implementazzjoni ta’ din il-fazi, issa bdiet l-aħħar fażi li ser iwassal ghar-riabilitazzjoni ta’ dan is-sit. Il-progett ser jinvolvi li l-Maghtab titgħatta b’capping apposta biex b’hekk jiġu kontrollati aktar l-emissjonijiet kif ukoll jonqos l-ammont ta’ leachate li jiġi ġġenerat. Wara titqieghed il-ħamrija sabiex jkun jistghu jitħawlu aktar siġar u jkun jista jintuza bhala park. Dan huwa t-titjib fil-kwalita’ tal-ambjent li mhux nitkellmu fuqu imma wettaqna u se nkomplu nwettqu, halli igawdu l-hafna.
No comments:
Post a Comment