Showing posts with label Marsaxlokk. Show all posts
Showing posts with label Marsaxlokk. Show all posts

Mar 22, 2014

LNG - X'ma qalulniex !


Ufficjali tal-kumpanija li se topera l-impjant tal-LNG gew ikkwotati li qalu “ghaliex dan l-ghageb kollu.  Mill-port ta’ Tokyo jghaddu skoss vapuri b’hazna ta’ LNG.”  Taf x’ma qalux li l-hazna hemm mhijiex fuq vapur antik imma f’tankijiet fuq l-art.  Zgur li l-hazna mhijiex fuq vapur bhal LNG Gemini li ghandu diga 36 sena !  Ma qalux lanqas li l-port ta’ Tokyo hu ferm akbar minn dak ta’ Marsaxlokk u fil-fatt fil-port ta’ Tokyo jidhlu tlett gzejjer daqs Malta ! 
 
Ma qalulniex lanqas li fir-rapport ta’ Papadakis hemm disclaimer daqs dinja li tghid li m’hemmx riskju sakemm ma jkunx hemm xi sors ta’ spark fl-inhawi !  Ma jafx Papadakis li hdejn il-hazna se jkun hemm powerstation ?!    Kellu ragun jghid Profs.Hans Pasman li r-rapporti li saru huma anqas minn nofs lehja !
 
Ma qalulniex li jekk il-vapur tal-hazna f’maltempata jidhol go fih vapur iehor jew jinqala minn postu (kif qalu s-sajjieda ta’M’Xlokk) u tizviluppalu ticrita ta’ anqas minn metru kwadru tohrof shaba ta’ gass li tghatti M’Xlokk kollu u din tiehu sempliciment b’sigarett !  Dan kellu jghidulna l-Profs.Hans Pasman, espert f’Risk Assessment li jghix f’Malta u jaf il-limitazzjonijiet tal-bajja ta’ M’Xlokk. 
 
Jipruvaw ibellghuha li qed jaghmlu l-progett biex irahhsu d-dawl. Ma qalulniex li se jintrabtu li jixtru l-energija kollha li se jiprovdi l-operatur privat tal-impjant b’9c6 anke meta pajjizna permezz tal-interconnector se jkun jista jixtri l-elettriku b’terz ta’ dak il-prezz, aktar u aktar issa li fl-Ewropa beda jopera suq hieles permezz ta’ dak li jissejjah Market Coupling !  X’ma jiddefendix il-progett l-operatur privat ! 
 
Ma qalulniex lanqas fhix wasal il-feasibility study tal-pipeline bejn Sqallija u Malta li konna gibna l-flus ghalih mill-UE.  Ovvjament ma jridux jippublikawh qabel din id-decizzjoni tal-MEPA nhar it-Tnejn li gej (illum ghal min qed jaqra dan l-artiklu).  Ghax dan ir-rapport zgur jghid li ma jaghmilx sens li l-operatur privat li se jkun nefaq mal-180 Miljun f’re-gassification unit li se jitpogga fuq l-art jieqaf juza dan il-unit u jhallih wieqaf ghax jingieb il-pipeline !  B’dan il-progett qed joqtlu l-pipeline !  Dik hi l-verita ! 

Mar 9, 2014

Gidba ohra ta' Konrad


Il-progett tal-Ministru Konrad Mizzi fil-port ta’ Marsaxlokk mizghud bl-erezijiet u mdallam bil-habi. Dan il-progett fih tlett komponenti. Il-progett jinkludi l-vapur b’hazna ta’ LNG fil-forma likwida, regasification unit li jaqleb l-LNG mill-forma likwida ghall-gass u power station ta’ 200MW. S’issa nfurmati li r-regasification unit ha ssir fuq l-art ghax il-vapur li nkera m’ghandux regasification unit fuqu. Kieku kellu, il-vapur seta’ jitpogga barra mill-port. Imma issa, peress li m’ghandux, it-tanker irid isir fil-bajja halli ma jkunx ‘l boghod mir-regasification unit li ha jkun hemm fuq l-art. Stimi preliminari jindikaw li dan ir-regasification unit wahdu jiswa madwar 180 miljun ewro. 
 
Nhar il-Hamis waqt laqgha tal-Gvern bit-titlu ’Vicin Tieghek’, il-Ministru Mizzi qali li l-vapur mhux ha jdum fil-bajja ta’ Marsaxlokk ghax il-Gvern qabad jahdem fuq il-pipeline tal-gass li, sahansitra, kien diga ikkontemplat mill-Gvern precedenti. Tajjeb ! 
 
Imma issa, meta jitlaq il-vapur, x’ha jsir mir-regasification unit li ha nibnu fuq l-art? Il-Ministru ma qal xejn dwar dan u allura l-kobba tkompli tithabbel. Possibbli l-operatur li se jaghtuh  kuntratt ghal 18-il sena ha jinvesti f’impjant li jdawwar l-LNG minn likwidu ghall-gass biex imbaghad nibdew naghtuh gass dirett mill-pipeline ? Dan x’tahwid hu ? Kemm ser iddum tidhaq bin-nies sur Ministru Mizzi? Ghax ma tghidilnix il-verita kollha ? 
 
L-Oppozizzjoni ilha tishaq halli l-Gvern jippubblika l-istudji kollha li wassluh ghal dan il-gennata ta’ progett. Il-Gvern qed jikkommetti lilna u l-pajjizna ghal progett ta’ madwar 400 miljun ewro minghajr lanqas biss ma nafu x’ha jsir mir-regasification unit issa li l-Ministru qed jghid li wara ftit ha jaghmel pipeline. Fejn huma l-istudji fuq l-options u fuq l-vijabbilita ta’ kull option ? Anki qabel tixtri karozza ddur u tara x’alternattivi jezistu fis-suq halli tixtri dak li l-aktar jaqbillek. Imma l-Gvern taghna, alla jbierek, ma jaghmel xejn minn dan !  
 
Huwa car, allura, li l-Gvern qed jinganna. Lanqas jaf x’irid u f’illi bdejna minn hazna fuq l-art b’tankijiet li jesghu 60,000 metru kubu ta’ gass. Imbaghad irdupjajna l-hazna ghax it-tankijet sirna nafu li ma jistghux jinbnew fil-hin u l-izghar vapur li tawna kien ta’ 140,000 metru kubu. Issa, galadarba, l-poplu kollu qed jghajjat ‘gennata’ il-Gvern qed taparsi jbellaha lill-poplu li l-pipeline se jkun installat fi ftit snin. Imma serhu raskom ghax il-Ministru ikkonfermalna li l-lejl qed jorqdu kollu !  X’ma jorqodx b’martu taqla €13,000 fix-xahar !  
 
Imbaghad irid ibellaha wkoll lill-poplu li se jrahhas id-dawl ghax se jaghmel dan l-impjant.  Il-verita hi li se jrahhsu ghax l-impjant tal-BWSC qed jifranka lill-Enemalta €1 Miljun fil-gimgha.  Minn meta beda jahdem l-impjant sl-ahhar ta’ Marzu ta’ din is-sena l-Enemalta se tkun iffrankat €64 Miljun.  Imma se jrahsilna l-kontijiet skond hu b’€25 Miljun fis-sena.  Marret tajjeb l-Enemalta bil-BWSC !

Jul 25, 2010

Progett iehor ghan-naha t'isfel ta' Malta

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinsabu għaddejjin fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk qeghdin fi stadju avvanzat hafna, fil-fatt hu kkalkulat li x-xoghol mistenni jitlesta gimghatejn qabel dak previst. Il-promenade mistenni jkun kompletament miftuħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin. Dawn ix-xoghlijiet jikkumplimenta dawk li tlestew is-sena l-oħra fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-promenade fejn tkabbret u sar pavimentar ġdid lill-bankina ta’ ma' n-naħa tal-bini.

Din it-tieni fażi tal-proġett tal-promenade nbdiet f’Mejju ta’ din is-sena meta nqalghet it-triq kollha, saret sistema gdida ta' drenagg u giet iffurmata t-triq mill-gdid. Ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq il-promenade, li fih man-nofs kilometru tul, nbeda fit-18 ta’ Ġunju. Il-pavimentar sar bil-porfido u kubetti tal-granit u bhalissa qed ikun nstallat dawl dekorattiv u bankijiet tul ix-xatt. Id-dawl dekorattiv jixbah hafna lill-lampa tradizzjonali li juzaw is-sajjieda. Hadna hsieb li filwaqt li naghtu access komdu lil dawk kollha li jmorru jimxu tul ix-xatt, minn naha l-ohra ma ntellfux lis-sajjieda fil-hidma taghhom f'dan ir-rahal tipiku tas-sajd.

Aktar tard din is-sena mbaghad nibdew imbaghad it-tielet fażi ta’ dan il-proġett li se tkun tinkludi pavimentar fl-inħawi tal-pjazza tal-Knisja kif ukoll iz-zona tax-xatt quddiem il-Knisja. F'din iz-zona qed se naghmlu ukoll skultura bhala tislima ghal hidma tas-sajjied malti kif ukoll niprovdi posti ghal bejgh tal-hut aktar igenici ghall-bejjiegha tal-hut.

Dan il-proġett li qed issir b’investiment ta’ €2 miljun, twettaq b’konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha ikkonċernati fosthom il-Kunsill Lokali, il-bejjiegħa tal-monti, il-GRTU li tirrappreżenta mas-sidien tal-ħwienet u mas-sajjieda. Ma kienx facli tiprova tikkontenta l-aspettattivi differenti ta' dawn il-gruppi li xi kultant huma kontra xulxin. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm hi qarrieqa l-kritika li nircievu li l-PN "in-naha t'isfel ta' Malta ma jezistiex". Il-Gvern qieghed b’mod konkret jinvesti fin-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna u b’hekk ukoll itejjeb il-potenzjal turistiku ta’ din iż-żona.