Ufficjali tal-kumpanija li se topera l-impjant
tal-LNG gew ikkwotati li qalu “ghaliex dan l-ghageb kollu. Mill-port ta’ Tokyo jghaddu skoss vapuri
b’hazna ta’ LNG.” Taf x’ma qalux li
l-hazna hemm mhijiex fuq vapur antik imma f’tankijiet fuq l-art. Zgur li l-hazna mhijiex fuq vapur bhal LNG
Gemini li ghandu diga 36 sena ! Ma qalux
lanqas li l-port ta’ Tokyo hu ferm akbar minn dak ta’ Marsaxlokk u fil-fatt fil-port
ta’ Tokyo jidhlu tlett gzejjer daqs Malta !
Ma qalulniex lanqas li fir-rapport
ta’ Papadakis hemm disclaimer daqs dinja li tghid li m’hemmx riskju sakemm ma
jkunx hemm xi sors ta’ spark fl-inhawi !
Ma jafx Papadakis li hdejn il-hazna se jkun hemm powerstation ?! Kellu ragun jghid Profs.Hans Pasman li
r-rapporti li saru huma anqas minn nofs lehja !
Ma qalulniex li jekk il-vapur
tal-hazna f’maltempata jidhol go fih vapur iehor jew jinqala minn postu (kif
qalu s-sajjieda ta’M’Xlokk) u tizviluppalu ticrita ta’ anqas minn metru kwadru
tohrof shaba ta’ gass li tghatti M’Xlokk kollu u din tiehu sempliciment
b’sigarett ! Dan kellu jghidulna
l-Profs.Hans Pasman, espert f’Risk Assessment li jghix f’Malta u jaf
il-limitazzjonijiet tal-bajja ta’ M’Xlokk.
Jipruvaw ibellghuha li qed jaghmlu
l-progett biex irahhsu d-dawl. Ma qalulniex li se jintrabtu li jixtru
l-energija kollha li se jiprovdi l-operatur privat tal-impjant b’9c6 anke meta
pajjizna permezz tal-interconnector se jkun jista jixtri l-elettriku b’terz ta’
dak il-prezz, aktar u aktar issa li fl-Ewropa beda jopera suq hieles permezz
ta’ dak li jissejjah Market Coupling !
X’ma jiddefendix il-progett l-operatur privat !
Ma qalulniex lanqas fhix wasal
il-feasibility study tal-pipeline bejn Sqallija u Malta li konna gibna l-flus
ghalih mill-UE. Ovvjament ma jridux
jippublikawh qabel din id-decizzjoni tal-MEPA nhar it-Tnejn li gej (illum ghal
min qed jaqra dan l-artiklu). Ghax dan
ir-rapport zgur jghid li ma jaghmilx sens li l-operatur privat li se jkun nefaq
mal-180 Miljun f’re-gassification unit li se jitpogga fuq l-art jieqaf juza dan
il-unit u jhallih wieqaf ghax jingieb il-pipeline ! B’dan il-progett qed joqtlu l-pipeline ! Dik hi l-verita !
No comments:
Post a Comment