Ma ssorprendejt ruħi xejn li d-deputat Laburista Leo Brincat il-bierah għażel li juża ż-żewġ artikli tiegħu, bil-Malti u bl-Ingliż, biex fihom jirrepeti l-argumenti qarrieqa tal-Oppożizzjoni wara s-sentenza li tat il-Qorti dan l-aħħar fuq il-process tal-appell fuq il-permess ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.Il-Qorti irreferiet ghall-Ligi dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp b’mod partikolari l-artikolu 15 li jitratta l-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet dan ma jiprovdiex “appearance of independence”. Il-fatti huma li din id-decizjoni, la direttament, u wisq anqas indirettament, ma sabitni ħati ta’ ksur ta’ xi dritt fundamentali kif Leo Brincat ghogbu jikteb. Tant hu hekk li fl-istess deċiżjoni tal-Qorti lanqas ma hemm indikat li jien, bħala Ministru responsabbli, b’xi mod involvejt ruħi fil-proċess quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Il-każ kien deċiż fuq "appearance of independence" u mhux li ġara xi ħaġa li permezz tagħha ġie miksur xi dritt fundamentali.
Jien imxejt skond il-ligi. Il-Qorti sabet li l-ligi jehtieg tinbidel, kif fil-fatt diga nbidlet minn dak inhar li saret il-kawza. Imma l-fatti ma jgħoddux għal widnejn l-Onor Brincat. L-Onor Brincat, bħall-Partit li jahdem fih, jinteressahom biss li jħammġu u jitfgħu t-tajn. L-Onor Brincat żgur li mhux l-aktar politiku adatt li jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem meta huwa wieħed mill-fdalijiet ta’ reġim soċjalista li, fost oxxenitajiet kbar oħra, iggverna għal ħames snin kontra r-rieda tal-poplu u ghamel attakk wara l-iehor fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dak iż-żmien Brincat ma kellu ebda diffikulta’ li jifforma parti minn dak il-Gvern, u jiggustifika dawk l-azzjonijiet. Leo Brincat jiprova jnessina xi kultant li hu ghal sentejn serva bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni tal-Gvern u mill-Housing f'regim li ma kellux il-fiducja tal-poplu.