Feb 8, 2014
Hlew sena !
Aug 9, 2012
Leo outdated
L-Onor Leo
Brincat reġa għamilha! Bħas-soltu ħa falza stikka! Ikkwota statistika fuq
l-iskart li tmur lura għal sentejn ilu, u li ma tirrapreżentax ir-realtà sħiħa
ta’ pajjizna llum. U tgħidx kemm feraħ, tant li qalilna
“li pajjiżna ma jirbaħx midalja fl-olimpjadi fl-immaniġjar tal-iskart!!” Kieku kien għalih lanqas biss nikkompetu
mal-pajjiżi ewropej għax tgħidx kemm stinka biex nibqgħu barra mill-EU. U mhux
hekk biss, bit-tfixkil tiegħu u tal-Opposizzjoni, li kien għalihom lanqas
bdejna fuq immaniġjar tal-iskart.
Opponewna fuq kull facilita’ li pproponejna u sahansitra Alfred Sant
kien qalilna biex nibghqu narmu fil-mizbla l-antika tal-Maghtab u Joseph Muscat
ried jiffriza l-fondi ghall-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’ Antnin. Jul 26, 2012
Storm in a teacup
Kmieni din
il-ġimgħa l-Onor Leo Brincat sejjaħ konferenza stampa fejn bħas-soltu qabad
ifajjar jakkuża uffiċċjal fil-Ministeru tal-Finanzi li pprova
jagħmel pressjoni fuq kumpanija tal-awdituri dwar l-audits tal-Kumpanija
Wasteserv. Verament ipprova joħloq “a
storm in a teacup” fl-eqqel tas-sajf. Irrefera
għal ittra tal-Awdituri li nkitbet f’Jannar u li fiha l-Awdituri talbu aktar
dettalji u nformazzjoni specifikament fuq l-assi tal-kumpanija Wasteserv sabiex
ikunu jistgħu jaċċertaw bis-sħiħ bl-eżistenza u l-valur u tal-istess assi. Jun 15, 2012
Il-karkassa tal-iljun
Aktar ma jgħaddi ż-żmien sfortunatament
aktar nikkonvinci ruħi li l-Onor. Leo Brincat għadu mwahhal mas-sistemi
tal-passat tal-Labour. Minflok persuna
li kapaci jiproponi għadu persuna li mohhu biss biex jiżra l-biża u d-dubji. Hekk għamel fil-passat fuq is-sħubija ta’
Malta fl-UE. Hekk għamel fuq l-impjant ta’ Sant’Antnin, u hekk ilu jiprova jagħmel
fuq l-inceneratur tal-Marsa. Dakinhar
taż-żjara tal-Kummissarju tal-UE għat-Tibdil fil-Klima mar jiprova jagħmel
media stunt ħdejn dan l-inceneratur.
Staqsa jekk hux qed issir importazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali
mill-Afrika ta’ Fuq. Staqsa miskin imma
b’ton ta’ affermazzjoni.Feb 2, 2011
Imxejt skond il-ligi
Ma ssorprendejt ruħi xejn li d-deputat Laburista Leo Brincat il-bierah għażel li juża ż-żewġ artikli tiegħu, bil-Malti u bl-Ingliż, biex fihom jirrepeti l-argumenti qarrieqa tal-Oppożizzjoni wara s-sentenza li tat il-Qorti dan l-aħħar fuq il-process tal-appell fuq il-permess ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.Il-Qorti irreferiet ghall-Ligi dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp b’mod partikolari l-artikolu 15 li jitratta l-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet dan ma jiprovdiex “appearance of independence”. Il-fatti huma li din id-decizjoni, la direttament, u wisq anqas indirettament, ma sabitni ħati ta’ ksur ta’ xi dritt fundamentali kif Leo Brincat ghogbu jikteb. Tant hu hekk li fl-istess deċiżjoni tal-Qorti lanqas ma hemm indikat li jien, bħala Ministru responsabbli, b’xi mod involvejt ruħi fil-proċess quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Il-każ kien deċiż fuq "appearance of independence" u mhux li ġara xi ħaġa li permezz tagħha ġie miksur xi dritt fundamentali.
Jien imxejt skond il-ligi. Il-Qorti sabet li l-ligi jehtieg tinbidel, kif fil-fatt diga nbidlet minn dak inhar li saret il-kawza. Imma l-fatti ma jgħoddux għal widnejn l-Onor Brincat. L-Onor Brincat, bħall-Partit li jahdem fih, jinteressahom biss li jħammġu u jitfgħu t-tajn. L-Onor Brincat żgur li mhux l-aktar politiku adatt li jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem meta huwa wieħed mill-fdalijiet ta’ reġim soċjalista li, fost oxxenitajiet kbar oħra, iggverna għal ħames snin kontra r-rieda tal-poplu u ghamel attakk wara l-iehor fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dak iż-żmien Brincat ma kellu ebda diffikulta’ li jifforma parti minn dak il-Gvern, u jiggustifika dawk l-azzjonijiet. Leo Brincat jiprova jnessina xi kultant li hu ghal sentejn serva bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni tal-Gvern u mill-Housing f'regim li ma kellux il-fiducja tal-poplu.
Sep 2, 2010
Character assassination
L-assassinju tal-karattru mill-Oppożizzjoni Laburista reġa ħareġ fid-deher fl-aħħar jiem b’kampanja ta’ insinwazzjonijiet kontra s-Sur David Spiteri Gingell. Ħareġ ukoll l-element tant għal qalb l-esponenti tal-Oppożizzjoni, dak li bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.Fil-pubbliku l-Oppożizzjoni fil-passat dejjem tkellmet b’rispett dwar Spiteri Gingell. Fost kitbiet oħra, f’artiklu fil-Malta Independent tas-16 ta’ Settembru 2008, Leo Brincat kien iddeskriva lil Spiteri Gingell bħala bniedem kompetenti meta qal "A committee headed by a highly competent person like David Spiteri Gingell." Iżda malajr waqgħet il-maskra u fl-isforz biex ikomplu jħawdu l-qiegħa u jitfgħu t-tajn dwar il-kuntratt għall-estensjoni tal-power station, l-Oppożizzjoni, bdiet assassinju tal-karattru ta’ Spiteri Gingell. Leo Brincat qal li Spiteri Gingell "ghamel U-turn" fuq l-istrategija dwar l-emissjonijiet u li "dan jaghti lok ghal hafna thassib". Ipprova jinsinwa li Spiteri Gingell kellu xi interessi jaghmel din "il-bidla". Issa kif urejna bil-fatti fi stqarrija ma kien hemm l-ebda "U-turn" la minn Spiteri Gingell u lanqas mill-kumitat.
Leo Brincat jiskandalizza ruhu li Spiteri Gingell qed jaghmel "xoghol ta’ konsulenza ghal kuntrattur Nazzareno Vassallo". Issa kif spjega Spiteri Gingell ix-xogħol ittiehed mill-kumpanija (li hu jifforma parti minoritarja fiha) wara li din rebhet assignment wara li kkompetiet ma' kumpaniji ohra. Barra hekk ix-xoghol ittiehed wara li Spiteri Gingell kien irriżenja minn kull kariga li kellu mal-Gvern. Ix-xogħol involut huwa wieħed li jlaħħaq l-€4,000 u bl-ebda mod m’għandu x’jaqsam max-xogħol li Spiteri Gingell wettaq meta kien jokkupa kariga mal-Gvern.
Din hija s-serjeta’ ta’ Oppożizzjoni li lesta tgħaddi minn fuq kulħadd biex tilħaq l-għan tagħha. L-ghan taghha hu li tbezza lil dawk li lesti jaghtu servizz lil Gvern, biex dawn jibdew jibqghu lura milli jaccettaw li jassocjaw ruhhom ma' xoghol ghall-Gvern. Minn naha l-ohra mbaghad l-istess Opposizzjoni tghid li tqabbad konsulenti biex jghinuha tifformula posizzjonijiet, izda qatt ma tghid minn huma. Meta nikritikawha fuq dan jghidulna, inkluz Leo Brincat, "inkella tippersegwitawhom". Il-veru kaz li l-ispiżjar milli jkollu jaghtik!
Sep 27, 2008
Tibdil fil-Klima - Htiega ta' impenn serju
Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma tas-superfiċjalita’ tal-Partit Laburista, wieħed għandu jara kif l-MLP qed jittratta tema importanti u sensittiva bħalma hi t-Tibdil fil-Klima. Leo Brincat il-bierah ħareġ stqarrija oħra, l-aħħar waħda minn sensiela, fejn jirrepeti li jrid jara impenn izda sfortunatament bl-ebda mod mhu jimpenja ruhu biex jissuggeriixxi x'tip ta' mizuri ghandu bzonn jiehu pajjizna biex inaqqas il-volum tal-carbon dioxide.