Tipikament
ta’ kif jahdem dan il-Gvern, il-gimgha li ghaddiet il-Ministru tal-Ambjent Leo
Brincat f’diskors li kien qed jaghmel zerzaq sentenza fejn qal li l-Gvern
ghandu pjan avvanzat biex ‘jikkumercjalizza’ l-family park ta’ Wied il-Ghajn.
Hu gie rrappurtat jghid ukoll li l-Gvern se jizgura li ‘l-access ghall-post
jibqa’ b’xejn’. Sentenza li ghal hafna
ghaddiet bla ma taw kasha zzejjed, pero sentenza jien innutajtha.Mar 20, 2014
Sant’Antnin se jkun ikkummercjalizzat issa !
Tipikament
ta’ kif jahdem dan il-Gvern, il-gimgha li ghaddiet il-Ministru tal-Ambjent Leo
Brincat f’diskors li kien qed jaghmel zerzaq sentenza fejn qal li l-Gvern
ghandu pjan avvanzat biex ‘jikkumercjalizza’ l-family park ta’ Wied il-Ghajn.
Hu gie rrappurtat jghid ukoll li l-Gvern se jizgura li ‘l-access ghall-post
jibqa’ b’xejn’. Sentenza li ghal hafna
ghaddiet bla ma taw kasha zzejjed, pero sentenza jien innutajtha.Aug 9, 2013
Jistahba wara r-rapport
Kull fejn immur kulhadd ikellimni
fuq it-thassida li ghamel l-Ministru Leo Brincat meta ghall-ebda raguni valida,
qabad u ghalaq il-Park tal-Familja biswiet l-impjant ta’ Sant’Antnin ! Park li
tant kien popolari li hu kkalkulat li kienu jzuruh mat-30,000 persuna kull
weekend. Nghid li ghalqu b’kapricc ghax fl-istqarrijiet kollha tal-Gvern hu
stess ammetta li l-livell ta’ kubrit fl-arja dejjem kienu taht il-livelli
accettabli mill-Unjoni Ewropea. Allura
tohrog wahedha l-mistoqsija: Jekk il-livelli ta’ kubrit qatt ma kienu ta’
periklu ghaliex ghalaqtu ?! Apr 18, 2013
Ghadu ma fehem xejn !
Ergajna bi gvern bhal
dak ta’ Alfred Sant li mohhu biex jikkummissjona r-rapporti biex jistahba
warajhom. Rapporti fuq rapporti biex
jezaminaw in-“nuqqasijiet” tal-Gvern precedenti. Igibu skuzi fuq kollox. L-aktar tipiku l-Ministru Leo Brincat. Idur minn post ghall-iehor biex ifittex
id-difetti, u jispicca jirrepeti nuqqasijiet li skond hu jkunu qalulu n-nies
minghajr biss jindenja ruhu jiccekja dak li jkunu qalulu ! Jghidilna li talab rapport minghand xi
teknici, imma mbaghad meta mistoqsi min huma t-teknici, fi spirtu ta’
trasparenza kbira ma jghidilniex ! Dec 13, 2012
Jipruvaw itapnu t-track record posittiv
Tlaqna għall-elezzjoni. Aħna nitilqu bi track record posittiv x’nuru u ħaddieħor kampanja negattiva u wegħdi biss. It-track record tagħna fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart huwa evidenti u jkiddhom lil tal-Opposizzjoni. Qed jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom biex jipruvaw itappnu dak li għamilna minkejja t-tfixkil kollu tagħhom. Joseph Muscat u Leo Brincat qed jipprovaw iħawwdu l-imħuħ billi jibnu argument fuq premessa żbaljata. Ġew jgħidulna li kuntratt li tat il-WasteServ minn miljun euro tela’ ghal 29 miljun euro. Qed jghidu l-ħmerijiet. Nov 28, 2012
Zammejna l-weghda taghna
Nhar il-Hadd li
ghadda mijiet ta’ familji zaru l-Impjant tar-Riciklagg ta’ Sant’ Antnin f’Wied
il-Ghajn li ghal darb’ohra fetah il-bibien tieghu ghall-pubbliku. Il-familji
kellhom l-opportunità li jzuru l-operat tal-impjant filwaqt li kien hemm
gurnata ta’ divertiment ghall-familja kollha. Kien atmosfera verament sabiha. Jien mort ghal habta tan-nofsiegha u
bejnietna hsieb li mhu se jkun hemm hadd dak il-hin peress li huwa l-hin
tal-ikel. Izda kont zbaljat. Iltqajt ma’ bosta familji kwazi kollha bit-tfal
maghhom u sahansitra ltqjt ma’ 6 turisti li anke huma hadu l-guided tour. Jun 27, 2012
L-akbar park fin-naħa t'isfel ta' Malta
Fil-ġranet li
għaddew flimkien mal-Prim Ministru żort ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq
il-bini ta’ family park f’Wied il-Għajn f’żona li fis-snin 70 u 80 kienet
tintuża bħala miżbla. Dan il-park qed
isir b’investiment ta’ €6 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Minn
Diċembru ta’ din is-sena l-familji se jkunu jistgħu jibdew igawdu minn park
uniku għax-xorta tiegħu f’pajjiżna b’bosta attrazzjonijiet li jinkludu: landscaped
mazes (waħda għat-tfal u oħra għall-kbar) u rock climbing wall,
amfi-teatru b’seating capacity ta’ 450 ruħ, horse tracking u cycling routes,
out door gym, picninc areas u dog park. Dan il-park se jkun qed jgħin ukoll lill-għaqdiet ta’ Marsaskala. Se jingħata post minn fejn ikunu jistgħu joperaw il-Girl Guides tal-lokal kif ukoll il-park se jkun attrezzat b’numru ta’ facilitajiet rikrejattivi li fih ikunu jistgħu jiġu pprattikati bosta dixxiplini sportivi fosthom il-football. Fil-fatt f’dan il-park se jkun hemm five-a-side football pitch. Attrazzjoni oħra f’dan il-park se jkun razzett li qed ikun restawrat, biex it-tfal ikollhom kuntatt dirett mal-annimali, kif ukoll minnu jinbiegħu prodotti tal-ikel tipici ta’ pajjizna. F’dan il-park se jitħawwlu ‘l fuq minn 17,000 siġra u arbuxell li se jissaqqew minn gibjun kbir li nbena fuq is-sit.
F’dan il-Park, li jinsab maġenb l-impjant ta’ Sant’Antnin, inbena wkoll Ċentru ta’ Informazzjoni għall-Viżitaturi kif ukoll isiervi ta’ entrata għall-istess impjant. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u kif minn din ir-riżorsa tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Is-sħana ġenerata mill-impjant ukoll se tintuża biex isaħħan il-pool tal-Inspire. Huwa ironiku li nhar is-Sibt li għadda meta ftaħna l-Water Park f’Bugibba kien hemm uħud li fuq il-media elettronika kkritikawna li ma nagħmlux proġetti fin-naħa t’isfel ta’ Malta ! Kienu diġa insew jew ippruvaw inessu li jumejn qabel biss konna dan is-sit li se joffri l-akbar park fin-naħa t’isfel ta’ pajjiżna ! U li fih ukoll se niprovdu Water Park ieħor !
Apr 30, 2011
Zwieg bejn rizorsi differenti
Fejn kont qatt nohlom li se jigi xi hadd jitlob biex jaghmel kuncert ta' muzika klassika gewwa l-impjant tar-riciklagg ta’ Sant’Antnin ! Dak l-impjant li xi whud tant bezzghu lill-komunita fuqu ! Izda hekk gara. Ftit ilu kiteb Karl Fiorini, id-direttur artistiku ta' The International Spring Orchestra Festival jitlob li jorganizza wahda mis-serati ta’ dan il-Festival gewwa dan l-impjant ! Ilqajna t-talba u nhar il-Hamis filghaxija kont wiehed minn dawk li kelli l-pjacir nisma lir-Rotterdam Ensemble jaghtu kuncert f’ambjent differenti minn dak tat-teatru. Hekk kif il-kultura u l-patrimonju Malti huma rizorsa ghal pajjizna, hekk ukoll l-iskart li jigi trattat f’dan l-impjant sar illum rizors importanti ghalina .Dan l-Ensemble twaqqaf fl-2006 mid-Direttur zaghzugh Messikan Roberto Beltran-Zavala u huwa ffurmat minn zghazagh minn 9 pajjizi differenti. Kull sena dan il-grupp jibni programm ta’ inizjattivi kulturali originali sabiex iressqu l-muzika klassika lejn il-pubbliku l-aktar wiesa. F’Karl Fiorini sabu habib u kollaboratur peress li anke Karl jsostni li hawn min għandu l-impressjoni li l-mużika klassika hija l-mużika tal-borgezija iżda Fiorini qed jaghmel hiltu kollha biex ibiddel din il-percezzjoni. Karl isostni li l- mużika klassika tista tintgħoġob minn kulħadd, ladarba wieħed ikun kurjuż bizzejjed biex jagħmel l -ewwel pass.
Fl-intervall ittellghet imbaghad sfilata ta’ kostumi klassici maghmula minn drapp, fil-fatt purtieri, u materjal riciklat li jkun ingabar mis-siti tal-iskart goff (civic amenity sites). Il-hwejjeg gew disinjati u mahduma miz-zghazagh li qed jippartecipaw fil-programm Care Creates Change li l-WasteServ Malta qed torganizza permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. L-ghan ta’ dan il-progett hu li dawn it-trainees jidhlu ghad-dinja tax-xoghol fil-qasam tar- Resource Waste Management.
Waqt il-kuncert ghidt lic-Chairman tal-WasteServ, Ben Farrugia, li l-idea ta’ dan iz-zwieg bejn ir-rizorsi artistici mar-rizorsa tal-iskart, li l-bniedem qed jaghraf japrezza aktar, huwa esperiment li ghandu jitkompla u idealment l-WasteServ ghanda tipprova torganizza inizjattiva simili ghallanqas darba fis-sena. Fis-snin li gejjin dan definittivament se jsir aktar possibli hekk kif ikun lest il-Park tal-Familja biswiet dan l-istess impjant. L-idea li nibbet Karl Fiorini jixirqilha nkoraggiment u appogg biex tkompli tigi zviluppata. Grazzi Karl tal-fiducja !
Feb 2, 2011
Imxejt skond il-ligi
Ma ssorprendejt ruħi xejn li d-deputat Laburista Leo Brincat il-bierah għażel li juża ż-żewġ artikli tiegħu, bil-Malti u bl-Ingliż, biex fihom jirrepeti l-argumenti qarrieqa tal-Oppożizzjoni wara s-sentenza li tat il-Qorti dan l-aħħar fuq il-process tal-appell fuq il-permess ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.Il-Qorti irreferiet ghall-Ligi dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp b’mod partikolari l-artikolu 15 li jitratta l-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet dan ma jiprovdiex “appearance of independence”. Il-fatti huma li din id-decizjoni, la direttament, u wisq anqas indirettament, ma sabitni ħati ta’ ksur ta’ xi dritt fundamentali kif Leo Brincat ghogbu jikteb. Tant hu hekk li fl-istess deċiżjoni tal-Qorti lanqas ma hemm indikat li jien, bħala Ministru responsabbli, b’xi mod involvejt ruħi fil-proċess quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Il-każ kien deċiż fuq "appearance of independence" u mhux li ġara xi ħaġa li permezz tagħha ġie miksur xi dritt fundamentali.
Jien imxejt skond il-ligi. Il-Qorti sabet li l-ligi jehtieg tinbidel, kif fil-fatt diga nbidlet minn dak inhar li saret il-kawza. Imma l-fatti ma jgħoddux għal widnejn l-Onor Brincat. L-Onor Brincat, bħall-Partit li jahdem fih, jinteressahom biss li jħammġu u jitfgħu t-tajn. L-Onor Brincat żgur li mhux l-aktar politiku adatt li jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem meta huwa wieħed mill-fdalijiet ta’ reġim soċjalista li, fost oxxenitajiet kbar oħra, iggverna għal ħames snin kontra r-rieda tal-poplu u ghamel attakk wara l-iehor fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dak iż-żmien Brincat ma kellu ebda diffikulta’ li jifforma parti minn dak il-Gvern, u jiggustifika dawk l-azzjonijiet. Leo Brincat jiprova jnessina xi kultant li hu ghal sentejn serva bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni tal-Gvern u mill-Housing f'regim li ma kellux il-fiducja tal-poplu.
Nov 28, 2010
3 Mumenti f'Sant'Antnin
Inhossni mpressjonat bir-rispons tan-nies ghall-Open Weekend gewwa l-impjant tar-riciklagg f’Sant’Antnin Wied il-Ghajn. Hu kkalkulat li zaru il-facilita’ madwar sitt elef ruh fuq tlett ijiem. Illum il-Hadd kellhom jestendu l-hin tal-gheluq mill-4.00pm ghall-5.00pm daqs kemm marru nies. In-nies urew l-apprezzament taghhom ghall-impjanti li bnejna f’dan ic-centru b’nefqa ta’ madwar 27 miljun euro, li minnhom madwar 18-il miljun gew mill-Unjoni Ewropea.Kien hemm tlett mumenti verament sbieh minn nhar il-Hamis filghodu meta il-Prim Ministru fetah din il-facilita’ b’mod ufficjali. L-ewwel wiehed kien meta l-Prim Ministru kixef il-monument ta’ tifkira, li fih innifsu ukoll huwa messagg: monument maghmul mill-gebel riciklat. Monument li sar mill-artist Agius. F’dak il-mument ghidt f’qalbi “Fl-ahhar !” wara tant tfixkil li sibna minkejja li ppruvajna mill-ahjar li nistghu biex infehmu t-titjib li konna se naghmlu.
Mument sinifikanti iehor kien meta l-Hamis filghaxija ltqajt ma’ ragel u martu li gew ir-riceviment li ghamilna ghar-residenti gewwa l-istess impjant. Verament hadt gost narah hemmhekk. Niftakar sew li fl-2005 fis-suppost laqgha ta’ nformazzjoni li kont organizzajt ghar-residenti ta’ M’Scala, dan ir-ragel kien minn ta’ quddiem jghajjat u jopponi d-decizjoni taghna. Irrid nirringrazzjah ghas-sens gholi ta’ maturita’ li wera. Ma qghadx lura milli jigi. U dan apprezzajtu hafna. Verament xtaqt li l-Kap tal-Opposizzjoni wera l-istess livell ta’ maturita’ ta’ dan ir-ragel u gie hu wkoll, minkejja li fl-istess laqgha tal-2005 tghidx kemm kien hambaq li se jaghmel hiltu bhala MEP biex jifriza l-fondi ewropej. Izda ghal darb’ohra il-Partit Laburista baqa’ ankrat mal-passat.
It-tielet u l-isbah mument kien dak tal-Gimgha filghodu meta akkumpanjajt tfal mill-iskejjel ta’ M’Scala u Zejtun ghal zjara fil-facilita’. Mument minnhom gie tifel zghir u staqsini “Sir, ghaliex gewwa hemm ir-riha ta’ skart u hawn barra ma hawnx ?” Ippruvajt nispjegalu l-kuncett ta’ negative pressure fejn li l-arja ta’ gewwa l-bini ma tithalliex tohrog barra u l-arja tispicca tinharaq halli telimina r-riha. Imqar li l-udjenza generali li ffacjajna matul l-ahhar snin kienet kurjuza bizzejjed li tfittex ir-risposti u mhux tibqa mghaddsa fil-pregudizzji !
Nov 4, 2010
Monument ghad-determinazzjoni
Dalgħodu żort il-haddiema u t-teknici tal-agenzija tal-Gvern ghall-immanigjar tal-iskart, WasteServ, li issa gew trasferiti minn ufficini tal-WasteServ f’Sta.Venera ghall-binjiet biswiet l-impjant ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn. Impjant li se jinfetah mill-Prim Ministru fis-26 ta’ Novembru . Fil-verita se nlestu t-tielet fazi, dik tas-sistema tad-digestjoni fejn l-iskart tal-ikel jigi ffermentat f’tankijiet kbar halli jaghtina gass u kompost. Fl-ahhar sentejn uzajna l-ewwel zewg impjanti minn tlieta f’dan ic-centru.Bit-trasferiment tal-ufficini tal-amministrazzjoni minn Sta.Venera ghal Sant’Antnin, il-WasteServ qed twassal messaġġ b’saħħtu li dan l-impjant m’hux talli mhux ta’ detrement għas-saħħa tar-residenti tal-madwar, talli l-istess amministraturi tal-WasteServ stess lesti jahdmu kuljum vicin l-istess impjant. Il-madwar 60 haddiem li issa ghandhom l-ufficini taghhom f’Wied il-ghajn jiffurmaw parti mit-team ta’ 150 ħaddiem tal-WasteServ. Hafna minn dawn il-haddiema huma impjiegi ġodda fil-qasam ambjentali, msejħa green jobs. Fil-fatt Gejtu Vella, Segretarju tal-UHM, li akkumpanjani f’din iz-zjara, f’kumment li ta lil media rrimarka l-qabza li ghamel pajjizna fil-generazzjoni ta’ impjiegi fil-qasam ambjentali.
U l-Oppożizzjoni fejn hi f’dan it-tibdil kollu? B’dispjaċir ikolli nosserva li mhux biss ma tgħinx, saħansitra hi minn ta’ quddiem nett biex tfixkel. Sant’Antnin daqs kemm hu monument ghad-determinazzjoni taghna ghall-ambjent ahjar, huwa wkoll monument ghall-irresponsabilita’ tal-Oppożizzjoni. Ma nista ninsa qatt it-tfixkil li sibna mill-Opposizzjoni biex wasalna. Sahansitra kellna lil dak li llum huwa l-Kap tal-Opposizzjoni, Joseph Muscat, jiddikjara li se jaghmel minn kollox biex jifriza l-fondi tal-UE, igifieri madwar 19-il Miljun Euro minn 26 Miljun Euro. Imma jidher li l-Labour ma tghallem xejn minn din l-esperjenza ta’ Sant’Antnin. Ghadhom jipruvaw ibezzghu u jfixklu f’kull inizjattiva li niehdu. Ippruvaw jaghmlu l-istess dan l-ahhar fuq t-trattament tal-iskart perikoluz f’pajjizna. Imma l-kritika taghhom ma ghamlet xejn hlief uriet bl-aktar mod car li lanqas biss jafu b’dak li diga sar ! Opposizzjoni maqtugha mir-realta’.
Jun 11, 2008
Irricikla t-Tlieta
Il-kampanja ta’ ġbir isseparat ta’ skart minn wara l-bibien tad-djar imsejħa ’Irriċikla t-Tlieta’ jidher li qed izzid fil-popolarita’ u qed tikseb rizultati inkoraġġanti. Il-bieraħ kelli l-okkazjoni li flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Said immur Ħ’Attard u hemmhekk nitkellem fuq din il-kampanja, u nħabbar ukoll xi inizjattivi biex din il-kampanja tkompli titjieb.Ma morniex Ħ’Attard b’kumbinazzjoni imma għaliex Ħ’Attard huwa l-aktar raħal li ras għal ras qed jikkontribwixxi għal din l-iskema. Ħadt gost nara b’għajnejja d-djar kollha bil-borza l-griza ta’ l-iskart isseparat wara l-bieb. Ħabbart li ser jitniehda premju annwali għall-aktar tliet kunsilli lokali li jikkontribwixxu għal din l-iskema.
Ħadt gost inħabbar kif f’Mejju 2008 inġabar 613,460 kilos ta’ skart isseparat, kemm mid-djar kif ukoll mill-bring-in sites. F'Mejju tas-sena l-ohra konna gbarna xi 257,000 kilos. Fatt interessanti hu li minkejja li l-ammont ta’ skart isseparat qiegħed dejjem jizdied, dan mhux qed iwassal għal uzu anqas tal-bring-in sites. Anzi, l-uzu tal-bring-in sites effettivament kompla jizdied, minkejja li qed jizdied ukoll il-ġbir ta’ skart isseparat mid-djar. Fatt interessanti ieħor hu li z-zieda fil-materjal miġbur mill-bring-in sites mhuwiex biss dovut għaz-zieda fl-uzu ta’ plastik u dan huwa kkonfermat miċ-ċifri.
Dan kollu mhux isir b’kumbinazzjoni. Mhux biss huwa importanti li qed niġbru dan l-iskart imma li għandna wkoll fejn nieħduh biex nitrattawh. Ma nistax ma nsemmix l-ostakli li sibna biex għamilna l-impjant ta’ Sant’Antnin, pero llum permezz tiegħu nistħgu nserrħu rasna li għandna fejn nitrattaw l-iskart tagħna.
Ilkoll nafu x’inhu ghaddej f'Napli. Napli mhux bogħod minnha pero għall-grazzja t’Alla hemm baħar jaqsam bejn dak li qed jiġri hawn u l-problemi li qed jiffaċċjaw il-ġirien tagħna.