Showing posts with label foss. Show all posts
Showing posts with label foss. Show all posts

Jan 16, 2011

Hajja gdida lill-foss tal-Imdina

Matul il-granet li ghaddew kienu hafna dawk li kkuntatjawni biex jghiduli li ghogobhom hafna d-disinn tal-foss madwar il-Belt tal-Imdina. Il-firxa tal-proġett testendi minn Bieb il-Griegi, sa taħt il-Palazz Vilhena. Illum partijiet mill-foss huma mitluqa b’tennis pitches zdingati u parti konsiderevoli tal-foss mehuda minn ground tal-football. Zoni ohra tal-foss sa llum ghandhom hafna sigar li qed jghattu u jtellfu mill-apprezzament vizwali u s-sbuhija tas-swar. L-ghan principali huwa dak li naghtu dak l-ispazju lill-pubbliku bhala gnien izda fl-istess hin nikxfu s-sbuhija tas-swar billi nressqu s-sigar lura halli ma jibqghux jghattu u inaqqsu mis-sbuhija tas-swar. Izda mhux talli mhux se nnaqqsu s-sigar talli se nhawwlu ferm aktar sigar milli hemm sa llum. Iz-zoni miftuha se jkunu miksija bit-turf. Id-disinn sar wara analizi li xoghlijiet ohra li saru madwar swar ohra fil-Meditterran.

Il-ġnien se jinkludi passaġġi bis-sigar u żoni ta' mistrieħ b’funtani zghar qalb il-passaggi bis-sigar. Se tkun installata ukoll sistema ta’ dwal gdida biex wiehed ikun jista japrezza s-swar anke bil-lejl. Barra hekk se jkun ukoll possibli li wiehed japprezza l-fdalijiet arkejologici li nstabu fil-foss waqt ix-xoghol ta’ konsolidazzjoni fuq is-swar. Il-ġnien se jkun totalment aċċessibbli b’żewġ rampi u entratura livell tat-triq minn Bieb il-Griegi.

Dan ix-xoghol fuq il-foss se jinbeda f’nofs din is-sena kif jitlesta x-xoghol ta’ konsolidament tas-sur madwar u taht il-Palazz ta’ Vilhena u il-Bastjun ta’ San Pawl li jinsab fi stadju avvanzat. Din hija parti mis-swar li verament kellha hsarat kbar minhabba li s-sur ilu ghal hafna snin jizviluppa konsenturi minhabba li l-blat ta’ taht is-sur beda jinqasam. Tant kien hemm hsarat li l-parti ta’ wara tal-Palazz ta’ Vilhena spiccat waqghet u kien ilha hekk ghal snin twal. B’dan l-intervent strutturali mill-aktar interessanti, inhadmet b’reqqa kbira biex tinhadem gos-sur xibqa shiha ta’ hadid biex is-sur litterament jintrefa ’l fuq ma ma jithalliex icedi aktar. Fil-gimghat li gejjin se jinbeda xoghol ta’ konsolidament fuq zewg zoni ohra tas-swar tal-Imdina, li wkoll qeghdin fil-periklu ta’ kollass. Il-progett b’kollox se jiswa €2.6 Miljun b’ko-finanzjament ta 85% mill-fondi tal-UE mistenni li jitlesta f’ Gunju ta’ din is-sena.

Dan ix-xoghol huwa parti mix-xoghol estensiv ta’ restawr li qed isir fuq 6km shah ta’ swar gewwa l-Imdina, l-Belt Valletta, il-Birgu u c-Cittadella f’Ghawdex. B’kollox se nkunu qed ninvestu €36 Miljun fil-wirt taghna halli mhux biss nharsu dak li ghandna u nirbhu spazji godda ghall-familji taghna, izda fuq kollox inkomplu ntejjbu l-prodott turistiku ta’ pajjizna.