Showing posts with label skart. Show all posts
Showing posts with label skart. Show all posts

Mar 30, 2012

Statistika posittiva dwar l-iskart.

L-aħħar statistika tal-Eurostat rigward l-immaniġjar tal-iskart f’pajjiżna hija posittiva u tqawwili qalbi. Il-ġenerazzjoni tal-iskart ras għall-ras niżlet għall-591 kilos. Irridu niftakru li konna niġġeneraw mal-700 kilo kull persuna sal-2008. Irrid ngħid li xorta
għadna niproducu aktar mill-medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda ir-rata qed tonqos. Barra hekk f’sena waħda biss naqqasna l-volum tal-iskart mitfgħu fil-miżbla b’ 10%.


Il-kampanji ta’ informazzjoni li għamilna u l-facilitajiet li pprovdejna evidentament qed jgħinu biex tinbidel l-attitudni tal-komunita’. Huwa evidenti per eżempju li l-ammont ta’ skart mormi fil-kampanja naqas konsiderevolment, għalkemm baqa’ minn hu rresponsabbli minkejja li pprovdejna ħames ċentri għall-iskart goff li jipprovdu servizz b’xejn kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. F’dawn l-aħħar ħames snin, il-WasteServ ġabret aktar minn 63,000 tunnellata ta’ skart minn dawn is-siti.


Interessanti li ftit aktar minn nofs dan il-materjal jiġi depositat fiċ-ċentru tal-Imrieħel, fejn ġimgħa ilu organizzajna Open Day. Fl-2011 in-numru ta’ vetturi li daħlu fiċ-Ċentru tal-Imrieħel laħaq kwazi 67,000. Dan juri żieda ta’ 280%, kwazi t-triplu meta mqabbel mal-2007, li kienet l-ewwel sena tal-operat. Tajjeb nirrepeti għal darb’oħra li kwart biss tal-materjal depositat f’dawn ic-centri jispicca fil-miżbla, għax it-tlett kwarti l-oħra jiġi riciklat.


Biss it-triq biex nikkonvinċu biex nimxu f’din it-triq xejn ma kienet waħda faċli. Meta applikajna mal-MEPA biex nibnu dawn iċ-ċentri kienu bosta dawk li oġġezzjonaw, specjalment il-Kunsilli mmexxija mill-Partit Laburista. Illum ħafna minn dawk l-istess nies qegħdin magħna jitkellmu favur aktar separazzjoni ta’ l-iskart u favur il-ħolqien ta’ aktar ċentri bħal dawn. Għax anke huma fehmu li immaniġjar serju tal-iskart jiġġenera aktar ħolqien ta’ mpjiegi. Fadlilna qatigħ x’nagħmlu biex nilħqu l-prattici u l-miri tal-kumplament tal-Unjoni Ewropea iżda mexjin. Qed neżaminaw x’miżuri oħra nistgħu naddottaw, kif ukoll qed naħdmu biex ikollna facilitajiet oħra biex jitrattaw l-iskart li kull wieħed u waħda minn jiġġenera kuljum.

Apr 30, 2011

Zwieg bejn rizorsi differenti

Fejn kont qatt nohlom li se jigi xi hadd jitlob biex jaghmel kuncert ta' muzika klassika gewwa l-impjant tar-riciklagg ta’ Sant’Antnin ! Dak l-impjant li xi whud tant bezzghu lill-komunita fuqu ! Izda hekk gara. Ftit ilu kiteb Karl Fiorini, id-direttur artistiku ta' The International Spring Orchestra Festival jitlob li jorganizza wahda mis-serati ta’ dan il-Festival gewwa dan l-impjant ! Ilqajna t-talba u nhar il-Hamis filghaxija kont wiehed minn dawk li kelli l-pjacir nisma lir-Rotterdam Ensemble jaghtu kuncert f’ambjent differenti minn dak tat-teatru. Hekk kif il-kultura u l-patrimonju Malti huma rizorsa ghal pajjizna, hekk ukoll l-iskart li jigi trattat f’dan l-impjant sar illum rizors importanti ghalina .



Dan l-Ensemble twaqqaf fl-2006 mid-Direttur zaghzugh Messikan Roberto Beltran-Zavala u huwa ffurmat minn zghazagh minn 9 pajjizi differenti. Kull sena dan il-grupp jibni programm ta’ inizjattivi kulturali originali sabiex iressqu l-muzika klassika lejn il-pubbliku l-aktar wiesa. F’Karl Fiorini sabu habib u kollaboratur peress li anke Karl jsostni li hawn min għandu l-impressjoni li l-mużika klassika hija l-mużika tal-borgezija iżda Fiorini qed jaghmel hiltu kollha biex ibiddel din il-percezzjoni. Karl isostni li l- mużika klassika tista tintgħoġob minn kulħadd, ladarba wieħed ikun kurjuż bizzejjed biex jagħmel l -ewwel pass.



Fl-intervall ittellghet imbaghad sfilata ta’ kostumi klassici maghmula minn drapp, fil-fatt purtieri, u materjal riciklat li jkun ingabar mis-siti tal-iskart goff (civic amenity sites). Il-hwejjeg gew disinjati u mahduma miz-zghazagh li qed jippartecipaw fil-programm Care Creates Change li l-WasteServ Malta qed torganizza permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. L-ghan ta’ dan il-progett hu li dawn it-trainees jidhlu ghad-dinja tax-xoghol fil-qasam tar- Resource Waste Management.




Waqt il-kuncert ghidt lic-Chairman tal-WasteServ, Ben Farrugia, li l-idea ta’ dan iz-zwieg bejn ir-rizorsi artistici mar-rizorsa tal-iskart, li l-bniedem qed jaghraf japrezza aktar, huwa esperiment li ghandu jitkompla u idealment l-WasteServ ghanda tipprova torganizza inizjattiva simili ghallanqas darba fis-sena. Fis-snin li gejjin dan definittivament se jsir aktar possibli hekk kif ikun lest il-Park tal-Familja biswiet dan l-istess impjant. L-idea li nibbet Karl Fiorini jixirqilha nkoraggiment u appogg biex tkompli tigi zviluppata. Grazzi Karl tal-fiducja !

Jun 28, 2010

Ziebel fil-kampanja ?

Ma nistax nifhem ghaliex persuna llum tarmi affarijiet goffi fil-kampanja taghna ! Dan mhu xejn hlief vandalizmu u vendikazzjoni kontra l-komunita’. Illum pprovdejna l-facilitajiet kollha biex wiehed jiddisponi minn materjal bhal dan, minghajr hlas u bil-kumdita’ kollha. Bnejna 5 ċentri biex jilqgħu fihom l-iskart goff. Miftuha kuljum mis-7.00am sal-5.00pm u ghal dan is-servizz ma thallasx. Barra hekk ghandna s-servizz tad-Door-to-Door Bulky Refuse fejn l-iskart goff jingabar minn wara biebek ukoll minghajr hlas. Imkien fl-Ewropa ma jezistu servizzi bhal dawn u huma bla hlas.

Izda minkejja dan kollu xorta ghadna nsibu fridges, freezers, ghamara ta’ kull tip, toilets, televisions, tankijiet taz-zejt u tant materjal iehor ! Dalgħodu żort ix-xogħlijiet ta’ tindif li qed isir mill-haddiema tal-Cleansing Services Division CSD fil-Fortizza ta’ San Pawl fl-inhawi ta’ Marsaxlokk. Preżenti mieghi kien hemm l-Onor Franco Debono li kien permezz ta’ mistoqsija parlamentari tieghu li gejna konxji mill-kwantita’ kbira ta’ skart li ntefa’ fid-ditch ta’ din il-Fortizza. Hu kkalkulat li f’dan il-post intefgħu mal-25 tunnellata ta’ skart.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-haddiema ta’ din it-Taqsima gabru madwar 300 tons ta’ skart goff mill-kampanja. Ghidli kemm konna naghmlu aktar progetti kieku lil dawk il-haddiema ddedikajnihom fuq progetti ta’ tisbih minflok ta’ tindif ! Fl-ewwel 6 xhur ukoll ta’ din is-sena l-haddiema tac-CSD ukoll ġabbru ‘l fuq minn 9,000 tunellata ta’ skart mit-toroq. Fl-aħħar xhur il-Gvern investa man-nofs miljun ewro sabiex kompla jżid l-inġenji li għandu sabiex tiżdiet il-frekwenza tal-indafa fil-pajjiż. Izda hemm bzonn l-isforz ta’ kulhadd mhux biss tal-Gvern biex neqirdu din is-sahta ta’ dawn l-atti rresponsabbli li jwaqqghulna wiccna mal-barranin li jzuru pajjizna. Fil-verita' matul l-ahhar snin rajna anqas materjal jintefa barra, imma din il-marda ghadha prezenti.

Hemm min jghidlek li hemm bzonn ta’ aktar infurzar izda fil-verita’ ma nistghux nitfghu wardens jew pulizija ma’ kull rokna mwarrba ta’ pajjizna. Minkejja dan matul is-sena l-ohra u anke din is-sena nqabdu persuni u kellna kazijiet fejn anke l-vetturi taghhom gew kkonfiskati. Biss biss kellna minn lanqas 2 trucks li gew konfiskati matul l-ahhar xhur ! Imma kemm hadu prominenza dawn il-konfiski fuq il-gurnali forsi dawn il-kazi jservu ta’ deterrent ghall-ohrajn ?

Feb 25, 2009

Htiega ta' maturazzjoni akbar

Din il-gimgha ppartecipajt fil-programm Bondi+ li ddiskuta l-immanigjar tal-iskart f'pajjizna. Impressjonawni l-features li hejjew wara li zaru facilitajiet simili ghal dawk li l-istrategija qed tindika. Wrew bic-car kif jahdem inceneratur f'Minden fil-Germanja ta' daqs bejn wiehed u iehor li ghandna bzonn ahna f'pajjizna. Impjanti bhal dak hemm hafna llum fil-pajjizi Ewropej li jithadmu skond id-direttivi tal-UE.

Mid-diskussjoni tal-programm rega harget ukoll ċara d-differenza ta’ kif il-partiti f’Malta jmexxu l-politika taghhom. Għandna Gvern li qed jippreżenta abbozz ta’ strateġija mħejjija minn nies tekniċi, li ma ntaghzlux minhabba l-kulur politiku taghhom imma ghall-kompetenza taghhom. Dawn hejjew strateġija li qed tipproponi primarjament li nisfruttaw l-energija li nistghu niehdu mill-iskart, inkluz billi 20% tal-iskart taghna jmur f'inceneratur minflok ma jintrema go landfill.

Minn naha l-ohra nsibu lil PL u lil AD li jikkompetu bejniethom min se jbezza l-aktar u min minnhom se jizra l-aktar dubji. Il-Gvern mexa b’apertura u trasparenza sħiħa tant li qabel ma nħarġet għal perijodu ta konsultazzjoni pubblika din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart lil Leo Brincat tajnih preżentazzjoni ddettaljata. Dan juri kemm il-Gvern għandu bieb miftuħu m’għandu xejn x’jaħbi.

Waqt il-laqgħa li saret ma' Leo Brincat offrejtlu li f’każ ta' kull mistoqsija l-bieb hu dejjem miftuħ u jkun jista’ jingħata t-tweġibiet kollha minn naħa wkoll tan-nies tekniċi li kulħadd jaf min huma, ghax isimhom ghamilnih pubbliku.
Sfortunatament din l-apertura u t-trasparenza minn naħa tal-Gvern mhux qed tiġi reċiprokata mill-Partit Laburista. Meta tlabt lil Leo Brincat jghid min huma n-nies teknici li appuntaw fuq it-team tekniku taghhom, irrisponda "Ma tarax, halli taghmlulhom vendikazzjoni !". Kont nittama li l-pajjiz wara dak li gara fuq Sant'Antnin immatura u mhux se jerga juza din il-materja tant mportanti bhala ballun politiku. Sfortunatament jidher li kont zbaljat !