Showing posts with label strategija. Show all posts
Showing posts with label strategija. Show all posts

Jan 24, 2009

Aktar Energija Nadifa mill-Iskart

Il-bierah filghodu nehdejna l-ewwel revizjoni tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart li kienet ħarġet fl-2001. Minn dakinhar sal-lum għamilna progress kbir u ma stajniex nagħzlu post aħjar fejn invaraw din ir-rervizjoni, l-impjant ta’ riċiklaġġ f’Sant’Antnin. Pero huwa fatt ukoll li għad baqalna ħafna xi nwettqu u l-istrateġija kif riveduta għandha tindika t-triq li rridu nimxu biex naslu.

Bnejna faċilitajiet bħal engineered landfills, inċineratur (jew aħjar Thermal Treatment Facility), u l-impjant għar-riċiklaġġ li għamel possibbli skemi bħall-Bring-In Sites u l-iskema ‘Irriċikla t-Tlieta’. Inbnew ukoll 4 ċentri apposta li jilqgħu l-iskart goff f’Malta, filwaqt li jinsabu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet sabiex jinfetaħ ukoll Civic Amenity Site f’ Għawdex.

Għazilna tema ta’ Aktar Enerġija Nadifa mill-Iskart u nħoss li dan huwa l-ispirtu ta’ din ir-revizjoni tant li qed nipproponu faċilitajiet li proprju jgħinuna nilħqu dan il-għan. Jekk nimmassimizzaw l-energija mill-iskart kapaci nirkupraw bejn 4 u 5% tal-energija taghna.

Għalkemm għandna viżjoni ċara u bi proposti konkreti, ma rridux nimxu waħedna. Irridu proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u li jinkludi lil kulħadd bil-għan li fil-mument tal-implimentazzjoni jkollna kunsens nazzjonali. Id-dokument jista’ jinkiseb minn fuq is-sit eletroniku http://www.wastestrategy.gov.mt/, fejn wieħed se jkollu wkoll l-opportunita’ li jistaqsi u jgħaddi l-kummenti tiegħu.

In-nuqqas ta’ pjan fl-imgħoddi wassal biex illum għandna l-Magħtab li tant irridu nonfqu ghaliha biex nfejqu l-problemi taghha. Titjib fl-immanigjar tal-iskart ma jghix biss biex intejbu l-ambjent, imma jghin ukoll biex uliedna ghada jhallas anqas biex jikkoregu l-problemi tan-No Action.

Jan 15, 2009

Strategija serja mimlija sfidi

Illum kelli jum ddominat minn attivitajiet marbuta mat-Tibdil fil-Klima. Bdejt il-gurnata meta attendejt ghall-laqgha li fiha Kumitat ta' Esperti pprezenta l-Istrateġija fuq Tibdil fil-Klima lill-Prim Ministru gewwa l-Berga ta' Kastilja. Wara flimkien mal-membri tal-Kumitat tal-Esperti, li jien kont ħtart f’Ġunju tas-sena li għadda, nehdejt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq dan id-dokument waqt konferenza stampa. Il-ġurnata ntemmet b’dibattitu parlamentari dwar is-suppost Private Members Bill tal-Onor.Leo Brincat.

Irrid qabel xejn nirringrazzja lill-esperti, mmexxija minn David Spiteri Gingell, li aċċettaw minnufih li jikkontribwixxu fit-tfassil ta’ din l-Istrategija tant importanti għal pajjizna. Nirringrazzja wkoll lil kull min għen u ħadem għat-tlestija ta’ din l-Istrategija li fiha 87 proposta konkreta ta’ kif pajjizna għandu jizgura li jilħaq il-miri ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Nappella biex il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jkun tabilħaqq wieħed popolari u li jwassal biex fil-futur qrib, pajjizna jkollu Strateġija Nazzjonali mibnija fuq kunsens wiesa’ li jkun frott ta’ diskussjoni matura bejn dawk kollha kkonċernati. Ma rridux li dan is-suġġett isir ballun politiku. Ikolli nistqarr izda li jien dizilluz b’ċertu atteġġjamenti li rajt sa’ issa, fosthom ta’ min ta l-impressjoni li qed iressaq xi Abbozz ta’ Liġi quddiem il-Parlament, meta kull ma ressaq kienet sempliċi mozzjoni ta' 153 kelma !

Dan hu suġġett li fuqu ma nistgħux, u ma għandniex infallu bhala pajjiz. Għandna dmir kemm lejna nfusna, kif ukoll lejn ġenerazzjonijiet futuri. Illejla fil-Parlament spiccajt id-diskors tieghi hekk : "l-ewwel hemm bzonn li naqblu fuq il-mizuri li ghandna bzonn niehdu biex nilhqu l-miri. Din hi l-vera priorita’ ghal pajjizna fil-mument. Fuq ligi u checks & balances nkomplu nitkellmu wara."

Sep 27, 2008

Tibdil fil-Klima - Htiega ta' impenn serju

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma tas-superfiċjalita’ tal-Partit Laburista, wieħed għandu jara kif l-MLP qed jittratta tema importanti u sensittiva bħalma hi t-Tibdil fil-Klima. Leo Brincat il-bierah ħareġ stqarrija oħra, l-aħħar waħda minn sensiela, fejn jirrepeti li jrid jara impenn izda sfortunatament bl-ebda mod mhu jimpenja ruhu biex jissuggeriixxi x'tip ta' mizuri ghandu bzonn jiehu pajjizna biex inaqqas il-volum tal-carbon dioxide.

Tajjeb wiehed ifakkar li l-Gvern ftit tal-gimghat ilu hatar kumitat ta’ esperti biex iħejji rakkomandazzjonijiet għal strateġija nazzjonali li twassal għall-implimentazzjoni ta’ mizuri konkreti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-generazzjoni ta' energija nadifa. U dan il-kumitat ltaqa anke ma' Leo Brincat biex jisma ideat ta' mizuri. Leo Brincat qal biss li hemm bzonn nillegizlaw biex l-istrategija nkunu certi li tigi mplimentata. Grazzi ! U sadanittant x'tahseb li ghandhom ikunu l-mizuri li dik l-istrategija ghanda tirrakkomanda ??


Fl-istqarrija tal-bierah Brincat rega rrepeti li "Hemm bzonn li nghaddu mit-tfassil ta’ pjani u strategiji ghall infurzar taghhom u ghall kontabbilita’ u t-trasparenza f’dawn l-oqsma." Ovvja li naqblu li galadarba jkollna strategija nazzjonali irrid naraw kif il-mizuri ta' dik l-istrategija jigu mplimentati u jkun hemm kontabilita', imma l-ewwel hemm bzonn li kulhadd, inkluz Leo Brincat jikkontribwixxi halli jkollna dik l-istrategija. Issa mhux se noqghod nikritikah li waqa ghac-cajt meta xi gimghat ilu talab pubblikament biex jitwaqqaf kumitat ta’ esperti meta konna ilna gimghat li waqqafnih !

Id-dikjarazzjoni tal-bierah hija konferma oħra, jekk għad hemm bżonn, li l-għan tal-MLP huwa wieħed - dak li jibqa’ gallerija u ma’ jipproponi xejn bħala mizuri konkreti għall-istrateġija, biex ma jmurx jidher ikrah ma' xi sezzjoni tal-poplu. Bhas-soltu jrid imexxi minghajr ma jahraq idejh !