Showing posts with label vjolenza. Show all posts
Showing posts with label vjolenza. Show all posts

Jul 25, 2011

Breivik, Lowell u Muscat

Dak li gara fin-Norvegja nhar il-Gimgha li ghadda fejn estremista ta’ 32 sena Anders Behring Breivik spicca qatel 76 persuna, fosthom 68 zaghzugh, juri ghal darb’ohra ir-responsabilita’ li jerfghu il-politici fid-diskorsi taghhom. Facli hafna li biex nkunu popolari anzi populisti, naghmlu diskorsi li jbezzghu s-socjeta’ mill-influss multi-kulturali fis-socjeta’ taghhom. Bid-diskorsi taghhom kapaci jwelldu monstri socjali bhal Behring Breivik, li jhossu konvint li dak li ghamel ghamlu fl-interess tas-socjeta’ Norvegiza.

Interessanti l-fatt li dan Anders Behring Breivik kien gie Malta u skond il-MaltaToday “kien f’kuntatt mal-partit ta’ Norman Lowell”. Fil-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena s-Sunday Times kienet rrapurtat li "the far-right leader Norman Lowell will instruct his supporters to vote for the Labour Party at the next general election if Joseph Muscat sticks to his promise to take concrete action against African immigrants." Lowell kien ikkwotat li qal "the Leader of the Opposition is showing recently that his heart is beating in the right place." Il-Partit Laburista kellu joħroġ stqarrija jiddisassoċja ruħu mill-kummenti ta’ Norman Lowell.

Jidher li Lowell ħasad lil Muscat. Pero jidher li Muscat biss inħasad peress li l-posizzjonijiet xenofobi tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienu iktar jixirqu lil xi ħadd estrem bħalma hu Lowell milli lil min ipinġi lilu nnifsu bħala progressiv, moderat u ġdid. Min jiżra r-riħ jaħsad tempesta jgħid il-Malti.

Jibqa l-fatt li l-Kap tal-Opposizzjoni xejn ma ddejjaq jaghmel diskors fejn sahansitra sahaq li pajjizna kellu jhalli persuni li harbu mill-Libja f’nofs ta’ bahar u li l-forzi armati ma kellhomx imorru jassistuhom. Ezempju iehor ta’ immaturita’ politika. Hija mmaturita politika bhal din li tkebbes politika ta’ mibgheda mibnija mill-biza ta’ influss ta’ persuni differenti li whud isostnu li jisirqu l-opportunitajiet lill-persuni li jghixu f’pajjizna. Mhux qed nghid li Joseph Muscat qatt appella ghal vjolenza, imma r-responsabilita’ politika ma titlobx biss li ma nappellawx ghall-vjolenza. Ir-responsabilita’ politika titlob li ahna l-politici nkunu aktar minn meqjusa fi kliemna halli ma nxettlux kultura u attitudni xenofoba.

Apr 4, 2011

Fejn hi Al Obeidi ?


Fejn hi Eman Al Obeidi ? saret mistoqsija li hafna qed isaqsu, wara li Eman, mara Libjana giet migbura bil-forza minn quddiem ghajnejn il-gurnalisti, meta din kienet qed tirrakonta kif l-allegat vjolenza sesswali li garbet minn grupp ta’ persuni li jappogjaw lil Gaddafi, wara li skond hi giet arrestata f’checkpoint u mizmuma ghal jumejn, fejn sahansitra giet stuprata. Issa jidher li qed tinzamm fil-compound ta’ Gaddafi fi Tripli. Din l-avukat mara ta’ 29 sena mill-belt ta’ Tobruk spiccat is-simbolu l-gdid tal-opposizzjoni ghal Gaddafi fil-Libja.



F’qalbi ghidt meta rajt ix-xena tal-htif taghha mill-lukanda: Jekk dawn trattawha daqshekk hazing quddiem il-cameras u l-ghajnejn tal-gurnalisti, ahseb u ara x’inhuma kapaci jaghmlulha ‘l boghod minn ghajnejn !



Eman al-Obeidy, ilha mahtufa mis-26 ta’ Marzu u s’issa smajna biss kontradizzjonijiet mill-kelliem tar-regim ta’ Gaddafi, Musa Ibrahim, fuqha. Daqqa qal li se tinheles, darb’ohra qal li “hi f’sahhitha u qeghda mal-familja taghha”, qal ukoll li qed jikkunsidraw li jixlu lilha, imbaghad il-gimgha l-ohra qal li sas-Sibt li ghadda zewg jew tlett gurnalisti se jinghataw l-opportunita’ izuruha u jkelmuha. Sa llum ma nafu bl-ebda gurnalist li ltaqa maghha minn dakinhar li nhattfet mill-lukanda.


Salwa al-Housiny Gouda kienet wahda minn dawk ic-cittadini Egizzjani li okkupat Tahrir Square, fil-Kajr. Kienet wahda minn sbatax-il mara arrestati mill-armata Egizzjana, mizmuma fil-habs, ittorturata u suggettata ghal dak li jissejjah `virginity test.’ L-istejjer ta’ dawn in-nisa hija simbolu tal-vjolenza sesswali li hafna nisa jgarrbu fid-dinja waqt li jkunu arrestati. Bosta pajjizi jinjoraw din il-vjolenza sesswali u hafna drabi aktar milli jaghlqu ghajn wahda. Hu d-dover tal-komunita' internazzjonali li tpoggi taht pressjoni lil dawk il-pajjizi li jhallu ngustizzji bhal dawn isehhu f'pajjizhom.

Dec 28, 2008

Gaza : Il-vjolenza ggib aktar vjolenza

Dak li ghaddej bhalissa f"Gaza ma jistax jithalla ghaddej minghajr kumment. L-airstrikes Israeljani, s'issa skond sorsi tas-servizzi tas-sahha Palestinjani, hallew 'l fuq minn 280 mejta, fosthom 'l fuq minn 180 militant tal-grupp estremista Hamas. Dawn l-attakki definittivament ikomplu jikkomplikaw is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. L-attakki Israeljani huma risposta ghall-attakki bir-rockets li l-komunita Israeljana, li toqghod vicin il-periferija tal-istrippa ta' Gaza, garbet fl-ahhar gimghat mill-Hamas. Sfortunatament jidher car li l-attakki Israeljani hallew ukoll vittmi civili.

Wisq nibza li l-attakki tal-Hamas aktar milli huma mmirati lejn l-Israel huma mmirati l-aktar lejn l-isforzi ta' paci tal-President Palestinjan, Mahmoud Abbas u l-Gvern Israeljan ! Filwaqt li nifhem l-obbligu tal-Istat Israeljan li jezisti u jiddefendi lill-populazzjoni Israeljana, wisq nibza li l-attakki mhumiex proporzjonati mal-attakki li garbet il-komunita' Israeljana. Barra hekk difficli tolqot lil Hamas biss gewwa Gaza ghax fejn joperaw il-Hamas hemm ukoll nies civili li jahdmu u jghixu. Jidher li hemm sitwazzjoni ta' disperazzjoni fl-isptarijiet f'Gaza. Ma hemmx operating tables bizzejjed.

Ghandi biza li l-attakki Israeljani huma ukoll rizultat tas-sitwazzjoni nterna li hemm fl-Israel stess. Il-fatt li ftit aktar minn xahar iehor se jkun hemm l-elezzjonijiet fl-Israel seta' wassal lil Gvern Israeljan biex iwiegeb b'mod iebes halli jirkupra l-immagini tieghu. Il-pubbliku Israeljan ghandu opinjoni baxxa tal-mod kif il-gvern taghhom mexa fil-kaz ta' dak li jsejhu l-"Hamastan", igifieri Gaza kkontrollata mill-Hamas. Sakemm l-Gvern Israeljan beda jitkellem u jagixxi b'mod iebes fuq Gaza, il-leader tal-Opposizzjoni, Benyamin Netanyahu, kien qed jigri bil-Gvern fil-polls. Issa d-differenza tnaqqset. Nispera li l-mexxejja Israeljani jibqghu jahsbu f'soluzzjoni dejjiema aktar milli l-vantaggi temporanji. Ghax bhas-soltu l-vjolenza ggib aktar vjolenza u kulhadd jispicca tellief.