Wisq nibza li l-attakki tal-Hamas aktar milli huma mmirati lejn l-Israel huma mmirati l-aktar lejn l-isforzi ta' paci tal-President Palestinjan, Mahmoud Abbas u l-Gvern Israeljan ! Filwaqt li nifhem l-obbligu tal-Istat Israeljan li jezisti u jiddefendi lill-populazzjoni Israeljana, wisq nibza li l-attakki mhumiex proporzjonati mal-attakki li garbet il-komunita' Israeljana. Barra hekk difficli tolqot lil Hamas biss gewwa Gaza ghax fejn joperaw il-Hamas hemm ukoll nies civili li jahdmu u jghixu. Jidher li hemm sitwazzjoni ta' disperazzjoni fl-isptarijiet f'Gaza. Ma hemmx operating tables bizzejjed.
Ghandi biza li l-attakki Israeljani huma ukoll rizultat tas-sitwazzjoni nterna li hemm fl-Israel stess. Il-fatt li ftit aktar minn xahar iehor se jkun hemm l-elezzjonijiet fl-Israel seta' wassal lil Gvern Israeljan biex iwiegeb b'mod iebes halli jirkupra l-immagini tieghu. Il-pubbliku Israeljan ghandu opinjoni baxxa tal-mod kif il-gvern taghhom mexa fil-kaz ta' dak li jsejhu l-"Hamastan", igifieri Gaza kkontrollata mill-Hamas. Sakemm l-Gvern Israeljan beda jitkellem u jagixxi b'mod iebes fuq Gaza, il-leader tal-Opposizzjoni, Benyamin Netanyahu, kien qed jigri bil-Gvern fil-polls. Issa d-differenza tnaqqset. Nispera li l-mexxejja Israeljani jibqghu jahsbu f'soluzzjoni dejjiema aktar milli l-vantaggi temporanji. Ghax bhas-soltu l-vjolenza ggib aktar vjolenza u kulhadd jispicca tellief.
No comments:
Post a Comment