Showing posts with label Israel. Show all posts
Showing posts with label Israel. Show all posts

Jun 1, 2010

Attakk bla sens

L-attakk Israeljan fuq il-vapur Tork hasadni bil-kbir. Hasadni l-aktar ghax verament ma nistax nifhem il-logika wara attakk goff u bla sens bhal dak. Ma jaghmilx sens li tattakka vapur li l-attivisti fuqu riedu jibghatu messagg lid-dinja kontra l-imblokk tal-istrixxa ta’ Gaza. Imblokk li l-Israel iddecieda li jimponi ghal dawn l-ahhar erba’ snin. Jekk verament l-Israel ried jiccekja x’kien hemm fuq dawn il-vapuri allura kellu jibghat pulizija u mhux suldati specjali armati sa snienhom. B’liema dritt il-commandos jitilghu fuq vapur f’ibhra internazzjonali ?

Minn dak li ntqal minn uhud minn dawk l-attivisti pro-Palestinjani li kienu fuq il-vapur m’ghandiex dubju li kien hemm minnhom li mhumiex daqstant “pacifisti” u probabilment jixtieq il-qerda tal-Israel, izda dik l-opinjoni zgur li ma tiggustifikax lil Israel biex jaghmel attakk goff u sproporzjonat bhal dak.

Huwa veru li l-Hamas ilu li addotta politika aggressiva fil-konfront tal-Israeljani, bl-isparar ta’ eluf ta’ razzi fuq zoni fejn jghixu l-Israeljani. Izda wisq nibza li l-politika li miexi biha l-Gvern tal-Israel verament nemmen li hija kontro-produttiva. Hija politika arroganti li bilfors iggib rabja minn kull min jixtieq jara l-paci tiehu r-ruh fil-Lvant Nofsani. Ma jaghmilx sens li timblokka miljun u nofs ruh fl-Istrixxa ta’ Gaza. Din il-politika qed taghti sahha akbar biss lil dawk li jridu politika ta’ konfront assolut mal-Israel. Dan huwa imblokk immorali. Mhux gust li timblokka popolazzjoni b’dak il-mod. Dan l-imblokk nemmen li falla wkoll ghax qed jispicca jattakka l-kredibilita’ u l-kredenzjali tal-Israel stess.

Din il-politika ta’ konfront se twassal biss ghal spiral aktar qawwi ta’ vjolenza. L-attakk tal-bierah se jwassal biss ghal atti ta’ vendetta. Nixtieq li l-Istat tal-Israel isib fi hdanu nies li kapaci jkunu aktar friski u kreattivi ghal djalogu haj halli filwaqt li jigi assigurat id-dritt tal-Istat Lhudi minn naha l-ohra jaghti lill-poplu Palestinjan dak li haqqu, stat sovran li kapaci jghix fil-paci ma’ dak Israeljan.

Mar 29, 2010

Xenarju gdid ghal Mediterran ?

L-ahbar li l-Palestinjani iddecidew li ma jibdew ebda tahdidiet ta’ paci ma’ Israel qabel dan jieqaf kull bini ta’ djar godda f’Gerusalem zgur ma tigix bhala sorpriza. Li jhassbek hu li l-Lega Gharbija, bis-sahha warajha tal-pajjizi Gharab, issa xebghat taghti cansijiet lil Israel u qed twiddeb li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ ma tisblukkax ghal Palestinjani, tista’ terga’ tfaqqa’ gwerra ohra. Il-pajjizi Gharab weghdu ghajnuna ta’ 500 miljun dollar amerikan biex tissahhah il-prezenza Palestinjana f’Gerusalemm, fuq art li d-dinja tqis bhala territorju okkupat minn Israel. L-ahhar jiem kienu fost l-aktar mimlija tensjoni ghal xhur shah bi mwiet ta’ numru ta’ suldati Israeljani u ohrajn Palestinjani.

X’inbidel? Forsi aktar minn xejn il-pajjizi Gharab hassew li ghall-ewwel darba mhix qed jaqdfu wehedhom. Il-President Amerikan Obama beda jsarraf xi ftit mid-diskors ta’ ispirazzjoni li kien ghamel fil-Kajr meta sostna li l-Istati Uniti m’ghandha xejn kontra d-dinja Gharbija. L-Amerika, ghall-ewwel darba f’ghexieren ta’ snin uriet pubblikament l-ghadab taghha ghall-politika ta’ Israel. U tat x’tifhem li l-affarijiet ma jistghux ikomplu hekk. Naturalment, ghaliex fl-ahhar donnu hemm qbil f’Washington, li l-politika ta’ Israel qed titfa’ f’bahar ta’ nkwiet lill-Istati Uniti stess. L-Amerika qed tifhem dejjem aktar li l-estremisti juzaw ir-relazzjoni specjali bejn Israel u l-Istati Uniti biex ikabbru s-support lejhom u jimmiraw il-mibgheda kollha taghhom kontra l-Istati Uniti. Li hu nteressanti wkoll huwa li skond diversi stharrig tal-opinjoni pubblika, il-Lhud ta’ eta’ izghar ukoll iridu soluzzjoni ghal problema Palestinjana, b’Gerusalemm maqsuma, filwaqt li l-appogg ghal Israel fl-Istati Uniti, specjalment fost id-Demokratici qed dejjem jonqos.

Bil-qaghda geografika taghna, x’jigri f’dan ir-regjun, jinteressana bil-kbir. Is-sitwazzjoni hija kumplikata sew. Il-Prim Ministru Israeljan Netanjahu ghandu idejh marbutin, jekk icedi ghall-pressjoni Amerikana, ikollu l-inkwiet mal-membri tal-koalizzjoni tieghu. Imma Obama, bl-Iran ukoll f’mohhu, jidher determinat li jirrisolvi din il-kwistjoni li zammet il-bahar Mediterran rahan ta’ hafna nkwiet bla bzonn. L-Ewropa, u Malta wkoll, taw kontribut tul is-snin biex il-gustizzja tissarraf ghaz-zewg popli izda dan ta’ issa jidher cans ta’ veru. Insegwu b’attenzjoni dak li se jizviluppa – paci fil-Lvant Nofsani tfisser xenarju gdid ghal Mediterran.

Feb 11, 2009

Rebħet l-inċertezza

Fl-elezzjonijiet li saru f’Israel fl-opinjoni tieghi ma rebaħ ħadd..anzi rebħet l-inċertezza! Elezzjonijiet li kienu karatterizzati mill-ġimgħat ta’ azzjonijiet militari li l-Israel wettaq f’Gaza u li wasslu biex biddlu r-realta politika f’Israel.

Għalkemm jidher li l-partit taċ-ċentru, il-Kadima, irnexxielu jzomm maġġoranza minima ta’ siġġu wieħed jew tnejn fil-Parlament, l-oppozizzjoni leminija tal-Likud flimkien ma’ partiti oħrajn li jimmilitaw fil-lemin estrem għandhom bizzejjed siġġijiet biex jiffurmaw Gvern ta’ koalizjoni.
L-akbar theddida gejja mill-fatt li l-partit Israel Beitenu mmexxi minn Avigdor Lieberman, li hu partit radikalment anti-Gharab, gab 15-il siggu biex sar it-tielet l-akbar partit, sahansitra b'aktar siggijiet mill-Labour.

Qed tissemma l-possibilita’ ta' twaqqif ta’ Gvern ta’ unita’ nazzjonali bejn il-partiti l-kbar, għalkemm din hija possibilita’ li ftit irnexxiet fil-passat, u ftit hemm tama li tirnexxi din id-darba.
Is-sitwazzjoni hi tali li kulħadd qed jgħid li rebaħ ! Il-poplu Lhudi jista’ jlesti lilu nnifsu għal ġimgħat t’inċertezza u stennija biex jara kif se tizvolgi s-sitwazzjoni. Li hu zgur hu li din is-sitwazzjoni mhux se tgħin biex jitkomplew l-isforzi ta’ stabbilita’ fir-reġjun. Anzi, nasal ngħid li dan kien rizultat lejn instabilita’ akbar. Jalla li jien zbaljat !

Dec 28, 2008

Gaza : Il-vjolenza ggib aktar vjolenza

Dak li ghaddej bhalissa f"Gaza ma jistax jithalla ghaddej minghajr kumment. L-airstrikes Israeljani, s'issa skond sorsi tas-servizzi tas-sahha Palestinjani, hallew 'l fuq minn 280 mejta, fosthom 'l fuq minn 180 militant tal-grupp estremista Hamas. Dawn l-attakki definittivament ikomplu jikkomplikaw is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. L-attakki Israeljani huma risposta ghall-attakki bir-rockets li l-komunita Israeljana, li toqghod vicin il-periferija tal-istrippa ta' Gaza, garbet fl-ahhar gimghat mill-Hamas. Sfortunatament jidher car li l-attakki Israeljani hallew ukoll vittmi civili.

Wisq nibza li l-attakki tal-Hamas aktar milli huma mmirati lejn l-Israel huma mmirati l-aktar lejn l-isforzi ta' paci tal-President Palestinjan, Mahmoud Abbas u l-Gvern Israeljan ! Filwaqt li nifhem l-obbligu tal-Istat Israeljan li jezisti u jiddefendi lill-populazzjoni Israeljana, wisq nibza li l-attakki mhumiex proporzjonati mal-attakki li garbet il-komunita' Israeljana. Barra hekk difficli tolqot lil Hamas biss gewwa Gaza ghax fejn joperaw il-Hamas hemm ukoll nies civili li jahdmu u jghixu. Jidher li hemm sitwazzjoni ta' disperazzjoni fl-isptarijiet f'Gaza. Ma hemmx operating tables bizzejjed.

Ghandi biza li l-attakki Israeljani huma ukoll rizultat tas-sitwazzjoni nterna li hemm fl-Israel stess. Il-fatt li ftit aktar minn xahar iehor se jkun hemm l-elezzjonijiet fl-Israel seta' wassal lil Gvern Israeljan biex iwiegeb b'mod iebes halli jirkupra l-immagini tieghu. Il-pubbliku Israeljan ghandu opinjoni baxxa tal-mod kif il-gvern taghhom mexa fil-kaz ta' dak li jsejhu l-"Hamastan", igifieri Gaza kkontrollata mill-Hamas. Sakemm l-Gvern Israeljan beda jitkellem u jagixxi b'mod iebes fuq Gaza, il-leader tal-Opposizzjoni, Benyamin Netanyahu, kien qed jigri bil-Gvern fil-polls. Issa d-differenza tnaqqset. Nispera li l-mexxejja Israeljani jibqghu jahsbu f'soluzzjoni dejjiema aktar milli l-vantaggi temporanji. Ghax bhas-soltu l-vjolenza ggib aktar vjolenza u kulhadd jispicca tellief.