May 29, 2009

Ergajna b'kampanja ta' gideb

Ninsabu mexjin b’ritmu pjuttost mgħaġġel lejn l-elezzjonijiet tas-6 ta’ Ġunju li se jservu kemm biex intellgħu l-Membri Parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll ir-rappreżentanti f’ċertu Kunsilli Lokali. Ma jistax jonqos ukoll li bħalissa tkun laħqet il-qofol tagħha l-kampanja elettorali.

Ma nistax ma nikkummentax kif għall-Partit Laburista l-arloġġ qisu waqaf għal qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2008. Elezzjoni li wasslet għat-tielet telfa elettorali konsekuttiva għall-Partit Laburista, tmexxija ġdida, elezzjoni ta’ mexxej ġdid li tela’ bl-għajta li se jwettaq terrimot, rapport tat-telfa li tefa’ ħtija sostanzjali għat-telfa fuq il-mezzi tax-xandir Laburista u llum aktar minn sena wara qed nerġgħu ngħixu l-istess episodji.

Jien ma nistax nifhem lill-Partit Laburista. Jagħmel snin jattakka personalment lill-Prim Ministru Gonzi, juża kull aġġettiv biex jipprova jirredikolah, jivvinta qlajjiet bħalma hi li se jintalab ħlas fuq servizzi tas-saħħa, tiġi elezzjoni, jitlifha – u jerġa jirrepeti l-istess strateġija. Sensiela ta’ billboards li sa’ issa għadhom ma qalu xejn dwar l-Ewropa, minkejja n-natura ta’ dawn l-elezzjonijiet, izda mohhom biss biex jivvintaw u minkejja ċ-ċaħdiet jibqgħu jiġu ripetuti.

Forsi din ukoll hija strateġija bbażata fuq public perception surveys, kif qalilna Leo Brincat. Żgur li hija kampanja elettorali li toħroġ l-aqwa element tal-Partit Laburista. Dak tal-opportuniżmu li jipprova jieħu vantaġġ minn kollox, l-aqwa li jirbaħ.

May 28, 2009

Kcina lokali

Kienet esperjenza nteressanti u utli dik tal-bierah filghaxija meta attendejt A Peasant Meal of the 1830s li organizza l-Slow Food Malta gewwa l-Istitut ghall-Istudji Turistici, ITS. L-Slow Food huwa moviment internazzjonali li jipromwovi l-ikel tradizzjonali u li jsir minn prodotti lokali friski. L-ikla giet organizzata flimkien mac-Centre of Cultural and Heritage Studies tal-istess Istitut, immexxi mic-Chairman, Reggie Abela.

Gie pprezentat ikel li l-bdiewa u l-komunitajiet tal-irhula kienet jieklu fil-bidu tas-seklu dsatax. Kien hemm ikel li sfortunatament llum tlifna. Fosthom il-hobz tal-mahlut, li kien hobz kannella maghmul minn varjeta' ta' qmuh u cereali li kien juza l-biedwi.

Ir-ricerka fuq l-ingredjenti u l-mod kif kien ikun ippreparat l-ikel saret mill-Prof. Carmel Cassar li ta spjega tajba hafna qabel kull platt li gie servut. Jassistuh kellu lil Noel Buttigieg, membri tal-Slow Food Malta u lecturers fl-ITS. L-ikel gie ppreparat u servut mill-istudenti stess tal-ITS, li uhud minnhom ghamlu sagrificcju ghax xtaqu li jaraw il-final tac-Champions League !

L-ikla tal-bierah geghlitna naprezzaw aktar mhux biss il-valur ta' dan l-Istitut u l-gid li qed jaghmel lill-industrija turistika f'pajjizna, izda apprezzajna aktar ukoll il-wirt tal-kcina ta' pajjizna. Liema kcina sfortunatament mhijiex esposta bizzejjed la ghalina u lanqas ghat-turisti fir-restaurants u l-lukandi ta' pajjizna. Din ukoll tifforma parti shiha mill-kultura taghna u jehtieg insahhuha.

May 24, 2009

Tribali - Kuncert tal-genn

Kuncert tal-genn ! Hekk niddeskrivi l-kuncert tal-bierah filghaxija ta' Tribali waqt l-EarthGarden-Echofest li gie organizzat fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali. It-teatru Grieg kien ippakkjat bin-nies bilwieqfa.

Hafna mill-muzika tal-bierah filghaxija kienet mill-album il-gdid tal-grupp The Elephants of Lanka li hareg xahar ilu. Album li xejn ma jaghmel ghajb lil album Tribali tal-2006.

Tribali huwa grupp ta' muzicisti maltin li jaghmlu emfasi fuq ir-ritmi etnici u s-sbuhija tal-muzika tal-orient. Imma l-muzika taghhom ghanda influenzi mir-raggae, pop, rock, classical u anke jazz. Juzaw diversi strumenti fosthom percussion, flute, guitar u l-istrument tal-orient sitar.

L-EarthGarden u Echofest ikompli llum. Wiehed jista jara diversi wirjiet ta' environment friendly equipment, wirja ta' prodotti agrikoli lokali kif ukoll crafts market. Hemm ftit minn kollox ghal kulhadd. Din is-sena iddecidejna li nghaqdu l-Echofest mal-EarthGarden peress li Jum l-Ambjent se jahbat mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

May 19, 2009

Anglu, Ganni u Gakki

L-ahwa Anglu, Ganni u Gakki Farrugia stednienu ftit tal-granet ilu biex naghmel zjara lil fuq minn 100 ettaru ta’ raba li ghandhom fiz-zona ta’ San Blas limiti tas-Siggiewi. Dawn it-tlett ahwa bdiewa full time jahdmu jkabbru frott irqiq , bhal hawh u nuciprisk u frott iehor bhal bambinella. Spjegawli kif jaghmlu t-tilqim tal-frott irqiq u kif dawn is-sigar jikbru malajr, tant li f-sentejn is-sigra tkun kapaci taghti l-frott.

Ucuh ohra li jkabbru huma tadam, patata, pastard u basal. Ghandhom art ukoll dedikata ghad-dwieli, sabiex jipproducu ghenba ta’ kwalita’ ghall-produzzjoni tal-inbid bhal Merlot u Cabarnet Sauvignon.

Naturalment biex tikkoltiva jew tahdem dawn l-oqsma ta’ raba trid kwantita’ ta’ ilma u makkinarju. Dawn il-bdiewa investew f’makkinarju biex l-ilma jittella u jinhazen f’giebja mibnija apposta. L-investiment f’makkinarju ghall-uzu tal-biedja li hadu bis-sahha tal-Unjoni Ewropeja qieghed jghin biex dawn it-tlett bdiewa full-time jnaqqsu mit-tbatija tax-xoghol, u jipproducu prodott lokali ta’ kwalita. Fost dan il-makkinarju nsibu mutur tal-hart li l-versilita tar-romblu tghin biex jinhadem taht is-sigra waqt it-tractor jibqa fil-moghdija. Wiehed mill-ahwa sahansitra spjegali li t-tractor tieghu bil-kabina maghluqa u bl-air-conditioning.

Niehu gost nisma hekk u taghmel kuragg ghax huwa evidenti li l-fiducja f’dan is-settur qed tikber . Ghat tieni pjan tal-Izvilupp Rurali 2007/2013 se nkunu qed nghaddu madwar €100M f'ghajnuna lill-bdiewa u r-rahhala. Dan ukoll huwa nvestiment dirett ghal ambjent ahjar ghall-pajjizna.

May 16, 2009

F'Gunju nifthu Pjazza Sant'Anna

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq Pjazza Sant’Anna, f’Tas-Sliema biex fil-ġimgħat li ġejjin din tkun tlestiet u wara snin sħaħ tingħata lura lin-nies biex igawduha mill-ġdid bħala spazju miftuħ.

Fi żjara oħra li għamilt fis-sit mas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi, ħabbart kif immodifikajna l-pjanijiet biex issa fi Pjazza Sant’Anna se ssir funtana oħra bi 11-il jet tal-ilma u mhux aktar kiosk kif kien maħsub oriġinarjament. Dan qed isir fil-kuntest ta’ ħolqien ta’ spazju miftuħ u li jservi ta’ post ta’ rilassament għal kulħadd. L-idea hi li l-kiosk jkun inkorporata fil-pjanijiet li qed jitħejjew bħalissa għat-tisbiħ tax-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Dan it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna wara li ġiet żgumbrata huwa xhieda tar-rieda u l-impenn tal-Gvern li jagħti lura lill-poplu pjazza sabiħa li sservi ta’ pulmun f’żona kummercjali tant popolari bħalma hi Tas-Sliema. Irrid intenni r-ringrazzjament u l-apprezzament tiegħi lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għas-sehem tiegħu fil-proċess legali biex tintemm l-okkupazzjoni tal-pjazza mill-istrutturi li kien hemm sa ftit tal-ġimgħat ilu.

Irrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li qed iwettqu x-xogħol skont il-programm ta’ ħidma stabbilit biex f'Gunju nifthu l-pjazza. Ma' dan ix-xoghol jkun lest ukoll x-xoghol li qed isir fil-fetha ta' quddiem dak li kien il-Joinwell. Hemm ukoll se tigi nstallata funtana ohra. B'hekk inkunu tajna hajja gdida lil dawn l-ispazji.

May 15, 2009

Ritratt li se nghozz

Xi kultant tigini wahda tajba ! Nhar l-Erbgha filghaxija mort Ruma nara lill-Lazio jilghabu l-final tal-Coppa Italia kontra s-Sampdoria. Kienet loghba kkombattuta li baqghet ecitanti sal-ahhar ghax kienet deciza bil-penalties. Bil-bravuri tal-goaler Urugwajan Muslera l-Lazio rnexxielhom jirbhu l-ewwel unur minn meta l-club kien f'xifer ta' falliment. Kieku ma kienx ghall-intervent tal-President, Claudio Lotito, li b'determinazzjoni u b'politika t'amministrazzjoni sportiva serja u rigida salva l-club u beda jibni l-club mill-gdid pass pass. Kieku ma kienx ghalih, probabilment il-Lazio qeghdin fis-Serie C2.

Mhux ta' b'xejn li hafna kummentaturi sportivi ddedikaw dan l-unur lil President Lotito. L-ahhar 3 snin kienu snin iebsin hafna ghalih. Hafna drabi s-supporters kkontestaw publikament u ma riedux jafu bih. Izda hu flimkien mal-coach Delio Rossi baqghu determinati fil-programm taghhom u fl-ahhar urew li kapaci jaslu biex jirbhu l-maltemp. Hadt gost nara lill-players jghanquh izda hadt gost aktar narah jaqla c-capcip hekk kif beda jdur mal-Olimpico bit-tazza f'idu. Persuna li kienet hdejja qalli "Din ir-rebha tieghu".

Illum kelli sorpriza. Il-habib tieghi Edward Psaila, il-President tal-Lazio Supporters club f'Malta ghaddhili ritratt li se nibqa nghozz. Ritratt bil-players jiccelebraw bil-Coppa Italia u jien fl-isfond nzomm scarf tal-Lazio f'idejja. Mument sabih. Hekk hu hekk matul l-ahhar snin it-team Laziali ghadda minn bosta mumenti difficli. Nittama li dan l-unur ikun il-bidu gdid tal-Lazio. Skond il-coach Rossi "il-fatt li hafna mill-players huma zghazagh, augura li dan it-team jista jakwista aktar unuri". J'alla ghandu ragun !

May 13, 2009

Slielem aktar komdi

Fl-aħħar jiem tajt importanza kbira lix-xogħol fil-bajjiet anke ghax minn Marzu ta’ din is-sena l-Beach Cleaning Unit, li kien taht ir-responsabilita' tad-Dipartiment tat-Turizmu, gie parti mir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Dan jagħmel sens fid-dawl li l-Ministeru huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Public Cleansing u għalhekk għandu jkun hemm sinerġija akbar.

Ma’ din it-Taqsima hemm mas-60 haddiemli huma responsabbli mit-tindif ġenerali tal-bajjiet tagħna kemm dak bl-idejn kif ukoll dawk bil-makkinarju li jinkludi fost oħrajn tindif ta’ ammonti kbar ta’ alka li tkun akkumulat matul ix-xitwa. Matul l-ahhar gimghat ingabru madwar 6000 tunnellata ta’ alka mill-bajjiet.

Fost l-ewwel xogħol li sar kien hemm it-tibdil u l-installazzjoni ta' slielem godda tal-baħar. Il-slielem il-ġodda li bdew jitwaħħlu ġew modifikati biex ikunu iktar forma ta’ taraġ u mhux sellum wieqaf, kif ukoll bil-pedati tal-injam sabiex in-nies ma jweġġgħux u ma jiżolqux. Dawn huma ferm aktar komdi u żgur jiffaċilitaw it-tlugħ u l-inżul għal kulħadd b’mod partikolari għal min hu anzjan.

Fil-gimghat li gejjin se jinbidlu ukoll il-bins nofs tank li ghandna fil-bajjiet tar-ramel. Se jiehdu posthom mal-200 sett ta’ wheelie bins fejn wieħed ikun ukoll jista’ jarmi l-iskart anki b’mod separat. Il-bieraħ kelli l-opportunita’ nżur il-bajja tal-Exiles, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Mario De Marco, li hija waħda mis-siti fejn tbiddlu s-slielem. Irrid nispeċifika li wħud jaħsbu li dan hu xogħol għat-turist. Veru li minnu jgawdi t-turist li jżurna, pero qabel xejn it-titjib u t-tisbiħ fil-bajjiet qed isir għalina li nqattgħu tant ħin fihom fix-xhur sħan tas-sajf.