Nov 11, 2007

Addio Gabriele !

Illum fl-Italja rajna tragedja ohra marbuta mad-dinja tal-football. Supporter tal-Lazio ta' 26 sena, Gabriele Sandri, inqatel b'tir sparat minn Pulizija tal-Autostrada, waqt 'glieda' bejn partitarji tal-Lazio u tal-Juventus hdejn Arezzo.

Hela. Mewt mitmuma probabilment bi zball. Gabriele ma kienx qed jiggieled. Kien biss fil-karozza ma' shabu. Gabriele kien DJ famuz li spicca x-xoghol xi l-4.00am u minn hemm telaq bil-karozza lejn Milan fejn illum il-Lazio kellhom jilghabu mal-Inter.

Illejla bghatt sms ta' solidarjeta' lil President tal-Lazio, Lotito, f'dan il-mument difficli.

Il-loghba Inter vs Lazio thasret. Thasret ukoll il-loghba tal-Milan u l-lejla thasret il-loghba tar-Roma. Li dejjaqni kien il-fatt li l-Federazzjoni Taljana halliet il-loghob l-iehor ghaddej. Naf li f'mument bhal dawn facli tiggudika minn wara skrivanija, u ferm aktar difficli tiehu d-decizzjoni int, imma ma nahsibx li kienet se taqa d-dinja kieku thassar il-loghob kollu.

Wegghetni ukoll il-vjolenza li kien hemm f'diversi stadia u bliet, fejn qamet ghajta kontra l-forzi tal-ordni. Huwa zball li bi skuza ta' mewt li tidher li kienet rizultat ta' zball ikun hemm min johloq aktar vjolenza u forsi aktar imwiet.

Il-football sfortunatament m'ghadux li kien. Tmermer sew. Gie ppenetrat minn diversi nteressi u forzi li qeghdin kontinwament jinqdew bil-football biex jilhqu skopijiet ohra.

2 comments:

juve07 said...

Aktar ma jmur aktar qed ikompli jithassar is-suppost 'sport' tal-football. L-imwiet, il-glied, vjolenza..iktar jixbah ahbarijiet minn xi kamp tal gwerra milli ahbarijiet li wiehed jistenna li jara wara hadd ta' sports!!

Anonymous said...

George, l-inkwiet tal-bierah inqala kollu ghax il-loghob thalla ghaddej. Niftakru x'gara meta inqatel Raciti. Dak inhar il-loghob kien twaqqaf. Ghaliex did-darba le? Ovvja, is-supporters tat-timijiet kellhomx ghalxiex iduru ghall-vjolenza il-bierah, imma l-argument taghhom nifhmu.