Nov 15, 2007

Dinja Wahda

Dalghodu attendejt attivita' organizzata mill-Birdlife ghat-tfal tal-iskejjel li saret fil-Kullegg Savio f'Had-Dingli fl-okkazzjoni tal-launch tal-programm edukattiv dwar l-ambjent bl-isem Dinja Wahda.

Wahda mit-tfal mill-iskola primarja ta' Rahal il-Gdid ghamlet diskors tajjeb hafna dwar l-esperjenza taghha ta' dan il-programm fis-snin li ghaddew. Diskors li wera bic-car kemm dan il-programm kif ukoll il-programm EkoSkola qed ibiddel l-attegjament tat-tfal lejn l-ambjent.

It-tfal, apparti li huma 25% tal-popolazzjoni u allura dak li jaghmlu anke huma ghandu impatt fuq l-ambjent, huma dawk li meta jmorru d-dar jinfluenzaw hafna lill-genituri taghhom u anke lil qraba taghhom.

Dan l-ahhar omm kitbet u qalet kemm l-esperjenza tat-tifla taghha fl-EkoSkola qed iggieghel anke lilha tbiddel l-attitudni taghha lejn l-ambjent. (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20071021/education/my-child-is-making-me-eco-friendly/ekoSkola)
Importanti li ninvestu l-miljuni fil-qasam tal-ambjent kif qed naghmlu, izda mportanti kwazi aktar li nibqghu ninvestu fl-edukazzjoni ambjentali ghax hija dik li tbiddel l-attitudni tas-socjeta' lejn l-ambjent ta' din id-dinja li nghixu fiha.

No comments: