Nov 6, 2007

Kultura Favur l-Ambjent !

Dalghodu kelli nofs ta' nhar mat-tfal. Meta nibda l-gurnata hekk il-gurnata tibda tajjeb ! L-ewwel mort ma' Louis Galea l-iskola ta' Sta.Monika il-Gzira fejn gie inawgurat Gnien Malti li ssemma ghal fundatrici, Maria Teresa Spinelli. Kienet okkazzjoni helwa hafna. It-tfal tellghu programm tajjeb hafna bit-tema tal-ambjent.

Fost il-kanzunetti kien hemm Saltwater ta' Julian Lennon u "L-Ahhar Biedwi f'Wied il-Ghasel" ta' Paul Giordimaina, li kanta Tony Camilleri. Hawwilt ukoll sigra ghal ex-ghalliem tieghi, Paul Bonavia, li hallina dan l-ahhar.

Minn hemm bqajt sejjer lejn it-tinda ta' Ta' Qali, fejn l-Ministeru tella' ghal madwar 1,200 tal-iskejjel il-musical Malti "Wara l-Hajt tas-Sejjiegh", li pproduca Patrick Dalli u l-kumpanija Curtainraiser. Jidher li t-tfal laqghu tajjeb din il-produzzjoni kkulurita hafna u ppartecipaw sew.

L-investiment fit-tfal favur kultura b'sahhitha favur l-ambjent qed jaghti l-frott...imma rridu nkomplu. Kien ghalhekk li dalghodu habbart li se nibdew programm iehor apparti l-EkoSkola, il-programm Young Reporters for Environment.

2 comments:

Anonymous said...

Erm....George, Saltwater m'hix ta' John Lennon, anke minhabba li harget ghaxar snin wara mewtu. Hija l-unika single sura ta' nies li qatt hareg Julian, it-tifel li John Lennon kellu mill-ewwel mara tieghu Cynthia.

kimberly said...

jekk jogbok tista ddahal artiklu fuq il lingwa maltija illum il gurnata???
sat-tlieta u ghoxrin ta novembru!!!!