Bhalissa qieghed Parigi flimkien mal-mara u t-tifla ghal holiday qasir. Il-bierah morna naraw il-ballet Nutcracker fit-Teatru ta' l-Opera ta' Bastille.
Meta l-ex President Franciz, Francois Mitterrand, kien iddecieda li jibni dan it-Teatru, id-disinn kien qajjem polemika shiha. Pero addass rasu u ghamilha. Il-bierah li rajtu minn barra u dhalt gewwa ikolli nammetti li mnella ghamel ta' rasu.
L-istorja ta' dan il-ballet kienet miktuba minn Hoffmann u l-koreografija kienet giet mahluqa mill-mibki Rudolf Noureev. Spettaklu li hallina bla nifs. Id-danza u x-xenarju kienu bellezza. Hadu sehem il-primi ballerini u le Corps de Ballet bil-partecipazzjoni ta' madwar 24 tifel u tifla ta' l’École de Danse ta' l-Opera.
Wara morna sal-Champs Elysees fejn isiru l-akbar festegjamenti tal-bidu tas-sena. It-triq mixghula veru sabih u nteressanti li din is-sena ntuzaw dwal energy saving. Hu kkunsidrat li gew iffrankati eluf ta' Ewro.
No comments:
Post a Comment