Illum morna nduru xi postijiet f'Parigi. L-ewwel post li morna kien is-Cite' des Sciences et de l'Industrie. Sfortunatament hafna mill-wirjiet kienu maghluqa. Ma konniex nafu imma ghallanqas kien miftuh il-Géode.Il-Geode huwa wiehed mill-akbar geodesic domes fid-dinja u l-ewwel Omnimax movie theatre fi Franza. Rajna l-film LA LÉGENDE DE L'ÉTALON NOIR (The Young Black Stallion). Il-film, mahdum minn Simon Wincer ghandu immagini tal-genn.
Ghandu storja straordinarja ta' hbiberija bejn tifla u ziemel lejn l-ahhar tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Arabia. It-tifla Neera ssemmi liz-ziemel Xitan, "born of the sands, sired by the night sky, drinkers of the wind."
Wara morna komplejna nduru Parigi. Il-Metro tberikha kemm hi tajba u efficjenti. Il-bard imma mhux kesha li ma tissaportix. Se nhallikom ghax se mmur niekol !
No comments:
Post a Comment