Jan 6, 2008

Napli teghreq fl-iskart

Meta tara minn xhix ghaddejja l-belt ta' Napli u r-regjun tal-Campagna fi Sqallija bilfors tasal ghall-istess konkluzzjoni tal-President Taljan, Napolitano, "Mhux biss inhossni nkwetat, inhossni allarmat !".

Sa ftit taz-zmien ilu l-iskart ta' n-naha ta' isfel tal-Italja kien jigi trasportat lejn pajjizi Ewropej ohra jew jintefa f'mizbliet illegali. Issa li dawn il-pajjizi Ewropej ma baqghux jaccettaw l-iskart, Napli u r-regjun spicca jerqghu fl-iskart. Bhas-soltu l-ebda komunita' ma trid il-facilitajiet hdejha u qamu l-protesti. Sfortunatament spiccaw ghaddew is-snin u hadd ma ddecieda.

Inhossni kburi li fl-ahhar erba' snin imxejna kontra l-kurrent biex ma nispiccawx fl-istess sitwazzjoni ta' Napli. F'certi mumenti hassejna ruhna wahedna, izda komplejna ghaddejjin minkejja t-theddid u t-tfixkil. Konna certi li s-soluzzjonijiet li konna qed noffru kienu soluzzjonijiet li ghalkemm mhux popolari kienu mehtiega. U mn'alla ghamilna hekk.

Illum li ghandna engineered landfills, illum li qbadna sew ir-ritmu tar-riabilitazzjoni tal-Maghtab u Wied Fulija, illum li ghandna inceneratur state of the art fil-Marsa, illum li wasalna biex nibdew inhadmu l-impjant ta' Sant'Antnin, bilkemm ma nahsbux li kollox waqa mis-sema.

Problemi ghad ghandna. Izda fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart zgur li urejna li kapaci nsibu soluzzjonijiet minghajr terremoti. Pier Ferdinando Casini llum akkuza lill-Ministru tal-Ambjent Taljan, Pecoraro Scanio. li jmexxi ukoll l-Partit tal-Hodor, li s'issa kien biss "il signor no", jghid le ghal kollox. Jekk ghandux ragun jew le Casini ma nafx. Li hu zgur huwa li f'Napli hemm bzonn min jiddeciedi u jimxi kontra l-kurrent inkella se jibqghu jerqghu fl-iskart !

2 comments:

Anonymous said...

Min jaf x'kien jigri kieku 5 snin ilu tela l-MLP fil-Gvern u bqajna barra mill-Unjoni Ewropea... jew konna nispiccaw bhal Napli jew inkella bil-quccata tal-muntanja tal-Maghtab li tilhaq is-shab!

Unknown said...

Napli iridu lil xi hadd bhal Pullicino :-)