
Huwa regjun meraviljuz kemm ghas-sbuhija naturali kif ukoll ghal maestozita' ta' arkitettura li ghandhom specjalment fi Granada, Cordoba u Sevilja. Ghandhom arkitettura tal-perjodu medjovali tal-Moors (Musulmani tal-peninsula Iberika u tal-Afrika ta' Fuq) mill-isbah. Ghajnejna ghajjew jaraw is-sbuhija. L-aktar li laqtuna kienu l-Alcázar ta' Sevilja u l-Alhambra ta' Granada. Qisek qed tara l-bizzilla fil-gebel.
Kif konna hemm morna ukoll ghall-purcissjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa. Impressonawni. Mhux daqstant fil-kulur u s-sbuhija ghax fil-verita l-pagaentry tal-purcissjonijiet taghna ferm isbah, imma fl-ammont ta' nnies li jippartecipaw u fil-kobor tal-vari li jkollhom. Fil-purcissjonijiet taghhom, ghallnaqas dawk li rajna ahna, ikun hemm ferm anqas vari, xi erbgha, imma l-kobor impressonanti. Kull vara trid xi hamsin jew sittin persuna biex jerfughha. Mijiet ta' nies jippartecipaw bhala nazarenos fil-fratellanzi b'wicchom mghammad. Minn tfal zghar sa nisa u irgiel. F'purcissjoni wahda minnhom li rajna f'Sevilja ippartecipaw madwar 2,000 bhala nazarenos !
Insomma issa l-break ghadda u issa back to business. Il-hidma tibda !