Showing posts with label park. Show all posts
Showing posts with label park. Show all posts

Jan 25, 2013

L-akbar park fin-naħa t'isfel ta' Malta


Għada s-Sibt se nakkumpanja grupp kbir ta’ persuni ghall-pre-opening visit gewwa l-Park tal-Familja Sant’Antnin f’Wied il-Għajn f’żona li fis-snin 70 u 80 kienet tintuża bħala miżbla.  Dan il-park, li x-xoghol fuqu kwazi issa huwa lest, sar b’investiment ta’ €6 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Mix-xahar id-diehel il-familji se jkunu jistgħu jibdew igawdu minn park uniku għax-xorta tiegħu f’pajjiżna b’bosta attrazzjonijiet li jinkludu: landscaped mazes (waħda għat-tfal u oħra għall-kbar) u rock climbing wall, amfi-teatru b’seating capacity ta’ 450 ruħ, cycling routes, out door gym, picninc areas, dog park, funtani  u anke Water Park.   Sahansitra bnejna 18 l-istalla taz-zwiemel biex wiehed ikun jista jmur horse-tracking madwar il-park.  Fiż-żjara wieħed seta’ jara wkoll il-Kappella ta’ Sant’Antnin li rrestawrajniha wkoll bħala parti mill-proġett.
 
Dan il-park se jkun qed jgħin ukoll lill-għaqdiet ta’ Marsaskala. Se jingħata post minn fejn ikunu jistgħu joperaw il-Girl Guides tal-lokal kif ukoll il-park se jkun attrezzat b’numru ta’ facilitajiet rikrejattivi li fih ikunu jistgħu jiġu pprattikati bosta dixxiplini sportivi fosthom il-football. Fil-fatt f’dan il-park se jkun hemm five-a-side football pitch. Attrazzjoni oħra f’dan il-park se jkun razzett li qed ikun restawrat, biex it-tfal ikollhom kuntatt dirett mal-annimali, kif ukoll minnu jinbiegħu prodotti tal-ikel tipici ta’ pajjizna. F’dan il-park se jitħawwlu ‘l fuq minn 17,000 siġra u arbuxell li se jissaqqew minn gibjun kbir li nbena fuq is-sit. 
 
Dan il-Park jinsab maġenb l-impjant ta’ Sant’Antnin, li Joseph Muscat tant irsista li ma jsirx għax kien għamel ħiltu kollha biex iwaqqfilna l-fondi ewropej għalih. Bejn l-impjant u l-Park għamilna anke Ċentru ta’ Informazzjoni għall-Viżitaturi kif ukoll iservi ta’ entrata għall-istess impjant. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u kif minn din ir-riżorsa tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Is-sħana ġenerata mill-impjant ukoll se tintuża biex isaħħan il-pool tal-Inspire.  Dan il-park se jitmexxa flimkien ma’ din l-organizazzjoni ghax mill-bidu nett ridna li l-facilitajiet tal-Park tal-Familja jikkumplimentaw il-facilitajiet li ghandhom huma fis-sit li kien jissejjah ir-Razzett tal-Hbiberija. Definittivament dan ghandu jkun wiehed mill-isbah progetti fin-naha t’isfel ta’ pajjizna.

 

Jun 27, 2012

L-akbar park fin-naħa t'isfel ta' Malta

Fil-ġranet li għaddew flimkien mal-Prim Ministru żort ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq il-bini ta’ family park f’Wied il-Għajn f’żona li fis-snin 70 u 80 kienet tintuża bħala miżbla.  Dan il-park qed isir b’investiment ta’ €6 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Minn Diċembru ta’ din is-sena l-familji se jkunu jistgħu jibdew igawdu minn park uniku għax-xorta tiegħu f’pajjiżna b’bosta attrazzjonijiet li jinkludu: landscaped mazes (waħda għat-tfal u oħra għall-kbar) u rock climbing wall, amfi-teatru b’seating capacity ta’ 450 ruħ, horse tracking u cycling routes, out door gym, picninc areas u dog park. 

Dan il-park se jkun qed jgħin ukoll lill-għaqdiet ta’ Marsaskala. Se jingħata post minn fejn ikunu jistgħu joperaw il-Girl Guides tal-lokal kif ukoll il-park se jkun attrezzat b’numru ta’ facilitajiet rikrejattivi li fih ikunu jistgħu jiġu pprattikati bosta dixxiplini sportivi fosthom il-football. Fil-fatt f’dan il-park se jkun hemm five-a-side football pitch. Attrazzjoni oħra f’dan il-park se jkun razzett li qed ikun restawrat, biex it-tfal ikollhom kuntatt dirett mal-annimali, kif ukoll minnu jinbiegħu prodotti tal-ikel tipici ta’ pajjizna. F’dan il-park se jitħawwlu ‘l fuq minn 17,000 siġra u arbuxell li se jissaqqew minn gibjun kbir li nbena fuq is-sit. 

F’dan il-Park, li jinsab maġenb l-impjant ta’ Sant’Antnin, inbena wkoll Ċentru ta’ Informazzjoni għall-Viżitaturi kif ukoll isiervi ta’ entrata għall-istess impjant. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u kif minn din ir-riżorsa tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Is-sħana ġenerata mill-impjant ukoll se tintuża biex isaħħan il-pool tal-Inspire. Huwa ironiku li nhar is-Sibt li għadda meta ftaħna l-Water Park f’Bugibba kien hemm uħud li fuq il-media elettronika kkritikawna li ma nagħmlux proġetti fin-naħa t’isfel ta’ Malta !  Kienu diġa insew jew ippruvaw inessu li jumejn qabel biss konna dan is-sit li se joffri l-akbar park fin-naħa t’isfel ta’ pajjiżna !  U li fih ukoll se niprovdu Water Park ieħor !

Oct 16, 2009

Spazju miftuħ ieħor għat-tfal u l-familji

Ħadt gost immens dalgħodu nara t-trasformazzjoni li għaddejja f’Ta’ Qali fejn fi ftit ġimgħat oħra ser niftħu r-raba' estensjoni tal-Park Nazzjonali, dik li qed insejħu bħala Adventure Park. Post li sa’ ftit ilu qabel kien runway u li fl-ahhar snin kien jintuża bħala triq, bil-perikli kollha assoċjati magħha, issa nbidel f’park li joffri l-akbar livelli ta’ sigurta’ għat-tgawdija ta’ uliedna u tal-familji tagħna.

L-għan tagħna hu li x-xogħol jibqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel u sostnut bil-ħsieb li l-park ikun tlesta għal żmien il-vaganzi tal-Milied u dan biex it-tfal ikollhom post ieħor fejn jiddevertu u jqattgħu ħin liberu fil-miftuħ u f’ambjent bla perikli.

L-Adventure Park se jkun maqsum fi tnejn – parti immirata lejn tfal ta’ eta bejn 6-12 il sena li se jkollhom logħob adattat, inkluz play equipment ghal persuni bi bzonnijiet specjali, u parti oħra li se jkun fiha dawk li jissejħu rope courses li fihom jistgħu jsiru diversi eżerċizzji. L-Adventure Park se jkollu fih 5 water features, uhud minnhom inter-attivi.

Irrid nirringrazzja lill-Bank of Valletta u lill-Ambaxxata Amerikana f’Malta li qed jassistuna finanzjarjament fit-twettiq ta’ dan il-proġett. Bejniethom hallsu ghal ftit nqas minn terz mill-ispiza. Il-Park se jigi jqum mal-1.3 Miljun Euro. Ringrazzjament partikolari jmur lid-Dipartiment tal-Parks u lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, li qed wettqu dan il-proġett.
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20091016/local/adventure-park-being-set-up-at-taqali

Mar 5, 2008

L-ewwel Adventure Park

Il-bierah jien u Tonio Fenech spjegajna lill-media l-progett il-gdid ta' l-ewwel Adventure Park f'pajjizna. Dan se jissostitwixxi parti konsiderevoli mir-runway li hemm gewwa Ta' Qali u fil-fatt se jkopri madwar 92,500 metru kwadru ta’ art. Din se tkun it-tielet estensjoni ghall-Park Nazzjonali f'Ta' Qali li issa sar aktar popolari mal-familji.

L-Adventure Park ser ikun fiħ facilitajiet għat-tfal zghar, zghazagh u anke adulti li jinkludu high rope courses, low rope courses, climbing tower, track tar-roti, jogging track u facilitajiet ohra. Il-Park ser ikun ta’ attrazzjoni għall-persuni kollha mill-kbar saż-żgħar, u se jkun hemm facilitajiet anke ghal persuni bi bzonnijiet specjali.

Dan huwa proġett ieħor li jixhed kemm il-ħolqien ta’ spazji ta’ rikrejazzjoni ġodda kienet parti integrali mill-viżjoni ambjentali ta’ din l-amministrazzjoni. Il-park hu mistenni li se jiswa madwar 700,000 Euro u se jikkontribwixxi ghalih il-Bank of Valletta, in-National Lotteries Good Causes Fund u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti. Galadarba jitlesta f'Ottubru ta' din is-sena, il-Park se jigi ffirmat management agreement mal-Kumitat Olimpiku Malti.