Bhalissa qed naqra il-ktieb ta' Barack Obama "The Audacity of Hope: Thoughts on Reclaiming the American Dream". Dan huwa t-tieni ktieb li kiteb. Dan il-ktieb f'Ottubru li ghadda kien in-number three bestseller fuq il-lista tan-New York Times. Il-ktieb jirraprezenta l-manifest personali ta' Obama ghall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana ta' din is-sena.
It-titlu tal-ktieb "The Audacity of Hope" ittiehed minn diskors li hu kien ghamel Obama fl-2004 waqt il-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku. Dak id-diskors ta' 20 minuta kien tah prominenza kbira u sa minn dakinhar bosta analisti jiprevedu li Obama setgha eventwalment ikun persuna prominenti fil-girja tal-kandidat presidenzjali tal-Partit Demokratiku.
S'issa minn dak li qrajt huwa ktieb tajjeb hafna. Jirnexxielu jispjega l-hsibijiet tieghu b'ezempji li nbnew mill-laqghat u l-esperjenzi li gabar matul l-ahhar xhur. Laqatni s-sens tal-analizi tieghu fuq il-problemi socjali li qed jiffacjaw il-haddiema Amerikani minhabba l-effetti tal-globalizazzjoni. Jirrakkonta mument minnhom l-esperjenza ta' haddiem li spicca bla xoghol wara l-gheluq ta' fabrika li ddecidiet li tmur il-Messiku. Dan il-povru haddiem ghandu tifel li ghandu bzonn operazzjoni fil-fwied imma issa ma jafx kif se jhallas ghaliha. Qallu li lest ibiegh kull ma ghandu, l-aqwa li jsalva lil ibnu. Dak il-hin ghidt bejni u bejn ruhi: Kemm ahna ffortunati bis-sistemi socjali taghna minkejja li ahna pajjiz b'rizorsi ferm anqas mill-Istati Uniti !
Insomma fil-granet li gejjin irrid inkomplih u nispiccah.
No comments:
Post a Comment