Jul 9, 2008

Insellimlek Kilin !

Illum thabret il-mewt ta' Mikiel Spiteri, jew kif inhu magħruf aħjar Kilin. Lil Kilin, li hallina fl-eta’ ta’ 90 sena, kont niehu gost inkellmu, gieli mort s'ghandu, ghalkemm dan l-ahhar aktar kuntatt bit-telefon kelli mieghu. Kien ragel semplici izda kapaci jirrifletti. Sirt nafu l-ewwel darba meta kont zghir u kont qrajt il-ktieb tieghu Fuq l-Ghajn ta' San Bastjan, ktieb li fih it-tifkiriet tieghu ta' tmenin sena ilu fejn trabba fir-Rabat.

Ghamel snin twal jghix fl-Imsida. Biex jieħu ħsieb sewwa tal-familja tiegħu ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet. Kilin kien ukoll iffissat fuq iċ-ċess. Iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi. Kilin, kittieb ta’ novelli u poeżiji, kien ukoll pittur u ddisinja hu stess ħafna mid-disinji li nkorpora mbaghad fil-kotba tiegħu. Kien jghozz sew il-lingwa Maltija, li uza biex kiteb bosta kotba, ghalkemm jekk mhiniex sejjer zball kiteb anke bl-Ingliz, ghallanqas jien niftakar wiehed Where Dragonflies Hover. Niftakar lil Kilin jghidli li minn meta kien zghir kien iħobb il-kotba, tant li fl-eta' ta' 7 snin kien diga' jaqra 3 kotba fil-ġimgħa.

Minn hawn nixtieq nuri s-solidarjeta' tieghi mal-familja Spiteri għal din it-telfa għażiża u nsellem bil-qalb lil Kilin li tant habb dawn il-gzejjer !

3 comments:

Unknown said...

Nannu MIKE...

Inti dejjem tibqa haj f' qalbna!!
Inhobbuk
Marcella, Christina u Laura + Agatha & Lawrence

Unknown said...

Thanks for putting this nice article on your blog Mr Pullicino. Kilin is surely a person that will never be forgotten, by all those who love the Maltese language. As the youngest of all the nieces, I thank God for allowing me to enjoy my grandfather for all these years. Rest in peace nannu. Never forgotten xx Laura xx

marica agius said...

Lil Kilin, ghalkemm kont ili nisma ismu qatt ma kont ghadni qrajt ktieb tieghu, sakemm sentejn ilu t-tifel xtara "Fuq l-Ghajn ta' San Bastjan" biex jistudjah fil-Form 2. Minn dakinhar 'l hawn qrajt xi xoghlijiet ohra tieghu. Peress li jiena Rabtija, ma setax jonqos li ninnota l-ghadd ta' laqmijiet li jsemmi Kilin li ghadhom jissemmew sal-lum. Fil-kitba tieghu skoprejt kemm kien bniedem li jhobb is-semplicita', n-natura u lil Min halaqha kif ukoll li kellu karattru cajtier. Grazzi Kilin


Marica