Il-kampanja ta’ ġbir isseparat ta’ skart minn wara l-bibien tad-djar imsejħa ’Irriċikla t-Tlieta’ jidher li qed izzid fil-popolarita’ u qed tikseb rizultati inkoraġġanti. Il-bieraħ kelli l-okkazjoni li flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Said immur Ħ’Attard u hemmhekk nitkellem fuq din il-kampanja, u nħabbar ukoll xi inizjattivi biex din il-kampanja tkompli titjieb.
Ma morniex Ħ’Attard b’kumbinazzjoni imma għaliex Ħ’Attard huwa l-aktar raħal li ras għal ras qed jikkontribwixxi għal din l-iskema. Ħadt gost nara b’għajnejja d-djar kollha bil-borza l-griza ta’ l-iskart isseparat wara l-bieb. Ħabbart li ser jitniehda premju annwali għall-aktar tliet kunsilli lokali li jikkontribwixxu għal din l-iskema.
Ħadt gost inħabbar kif f’Mejju 2008 inġabar 613,460 kilos ta’ skart isseparat, kemm mid-djar kif ukoll mill-bring-in sites. F'Mejju tas-sena l-ohra konna gbarna xi 257,000 kilos. Fatt interessanti hu li minkejja li l-ammont ta’ skart isseparat qiegħed dejjem jizdied, dan mhux qed iwassal għal uzu anqas tal-bring-in sites. Anzi, l-uzu tal-bring-in sites effettivament kompla jizdied, minkejja li qed jizdied ukoll il-ġbir ta’ skart isseparat mid-djar. Fatt interessanti ieħor hu li z-zieda fil-materjal miġbur mill-bring-in sites mhuwiex biss dovut għaz-zieda fl-uzu ta’ plastik u dan huwa kkonfermat miċ-ċifri.
Dan kollu mhux isir b’kumbinazzjoni. Mhux biss huwa importanti li qed niġbru dan l-iskart imma li għandna wkoll fejn nieħduh biex nitrattawh. Ma nistax ma nsemmix l-ostakli li sibna biex għamilna l-impjant ta’ Sant’Antnin, pero llum permezz tiegħu nistħgu nserrħu rasna li għandna fejn nitrattaw l-iskart tagħna.
Ilkoll nafu x’inhu ghaddej f'Napli. Napli mhux bogħod minnha pero għall-grazzja t’Alla hemm baħar jaqsam bejn dak li qed jiġri hawn u l-problemi li qed jiffaċċjaw il-ġirien tagħna.
No comments:
Post a Comment