Kif jgħid tajjeb ir-rapport ta’ The Times jien ili ninsisti sa mill-2005 li ġaladarba tagħlaq il-kirja, jkun opportun li l-Gvern itemm il-kirja u b’hekk ikun f’pozizzjoni li jimplimenta l-pjan tiegħu li jsebbaħ zona importanti f’Tas-Sliema. Kont insistejt ukoll mal-MEPA li tindirizza dan fil-Pjan Lokali, tant li hemm Policy NHSJ 05 (vii) propju biex din il-pjazza tintrebah lura mill-pubbliku.
L-intervent li beħsiebna nagħmlu fi Pjazza Sant’Anna jirrispetta l-istorja ta’ din il-pjazza tant li behsiebna naghmlu replika tal-funtana li wiehed jsib fil-Pjazza tal-Balluta (ara ritratt), liema funtana kienet originarjament fi Pjazza Sant'Anna. Irridu ukoll nintegraw ix-xogħlijiet f’din il-pjazza mal-progett ta' titjib ta' Triq it-Torri, liema progett jinbeda aktar tard din is-sena. Irrid nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, Dr.Jason Azzopardi tas-sehem tiegħu biex inkunu f’pozizzjoni li nagħtu lil Tas-Sliema pjazza ‘ġdida’.
No comments:
Post a Comment