Tragedja kbira. Aktar u aktar meta, kif jafu l-kumplament tas-sajjieda, il-lanca ta' Simon, bl-isem Simshar, kienet mghammra b'kollox. Simon kien fitt hafna fuq il-lanca u dejjem iffissat biex jixtri l-ahjar equipment specjalment dak ghal safety. Izda hekk kellu jkun !
Lil Simon sirt nafu sena ilu, dakinhar stess tal-ftuh ufficjali tal-hardstanding facility f'M'Xlokk. Niftakar sew lill-martu Sharon tghidli kemm kienet ferhana ghax issa mhux se ttertaq aktar qalba biex itellghu l-lanca l-art, kif kienet taghmel qabel. Mur ghidilha dakinhar kif kellha tispicca l-lanca taghhom madwar sena wara !
Mort l-isptar il-Gimgha bil-lejl meta wasluh bil-helicopter l-isptar Mater Dei. Il-bierah u llum ergajt mort, illejla flimkien mal-Prim Ministru. Mill-gimgha sa llum ghamel titjib fiziku kbir, izda huwa evidenti li ghadda minn trauma kbira. Martu Sharon il-hin kollu mieghu.
F'din l-istorja kerha, impressjonajt ruhi bis-sens ta' solidarjeta' qawwija bejn is-sajjieda. Kienu hafna li taw semhom biex johorgu ifittxu l-lanca fl-ahhar gimgha. Dan is-sens ta' comradeship ghandu jkun ta' ezempju ghall-kumplament tal-komunita' maltija.
No comments:
Post a Comment