Waħda mill-bizat li kien hawn fis-snin li għaddew kienet li l-importazzjoni ta’ prodotti minn barra jispiċċa jbati l-prodott frisk lokali. Ikolli nammetti li waħda mill-isbaħ sodisfazzjonijiet li rajt tul l-aħħar snin li fihom jien kont responsabbli mis-settur agrikolu huwa l-għarfien ġdid li hawn fuq it-tjubija u l-kwalitajiet tal-prodott frisk lokali.
Dan ma jgħoddx biss għall-frott u l-ħaxix pero jestendi f’oqsma oħrajn bħalma hu l-ħalib. Il-Gvern għandu rwol importanti wkoll u fil-granet li ghaddew waqqaft kumitat magħmul minn numru ta’ individwi minn oqsma varji bl-iskop li jkollna strateġija ta’ kif se nippromwovu l-prodott lokali.
F’dan il-kuntest, attivitajiet bħal tal-bieraħ huma importanti u għalhekk il-Ministeru tiegħi ta’ kull sena jappoġġja din l-attivita’. Huwa wkoll ta’ sodisfazzjon li ninnota li rħula oħra wkoll qed itellgħu wirjiet simili għaliex dan ikompli jkattar l-entuzjazmu għall-prodotti tagħna.
Nirringrazzja lill-Kummissjoni Lejla Mġarrija lit a kull sena ttella’ din il-wirja b’tant dedikazzjoni u impenn. Huwa ta’ pjaċir għalija li sena wara sena nzur din il-wirja għax fiha nara kemm il-prodott Malti huwa uniku u għadu mfittex. Prosit!
1 comment:
Ghall-aktar informazzjoni dwar il-Lejla Mgarrija www.lejlamgarrija.com
Post a Comment