Oct 12, 2008

Ilma ghall-llum u ghal ghada

Din il-ġimgħa ħabbart it-tnehdija ta’ ezerċizzju ta’ notifikazzjoni għall-boreholes li għandna f’pajjizna. Irrid ngħid li huwa fatt magħruf li pajjizna huwa miksi b’dawn il-boreholes u l-Gvern iħoss li wasal iz-zmien li nerġgħu nagħmlu dan l-ezerċizzju.

Skond kalkoli tal-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi, biex ir-rata ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma tkun waħda sostenibbli għandu jiġi estratt mhux aktar minn 23 Miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena. Biss huwa stmat li qed jitella mill-pjan madwar 34 Miljun metru kubu fis-sena, jiġifieri madwar 11-il miljun metru kubu aktar fis-sena.

Il-Gvern ħareġ żewġ Avviżi Legali ħalli l-awtoritajiet ikollhom stampa ċara ta’ kif qed tintuża ir-riżorsa ta’ l-ilma ta’ taħt l-art. Dan għaliex huwa fatt stabbilit li l-kundizzjoni ta’ dan ir-riżors, li huwa l-uniku sors ta’ ilma naturali għall-pajjiż, jinsab taħt pressjoni kbira u għalhekk hemm bżonn li pajjiżna jibda jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi garantita s-sostenibilita’ ta’ dan ir-riżors. Hemm ħtieġa li l-ilma ta’ taħt l-art jibqa’ sors ta’ ilma tajjeb u li jkun kapaċi jsostni d-domanda għall-ilma f’Malta u Għawdex mhux biss għal-lum iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.

No comments: