Oct 30, 2008

Triq it-Torri - ezempju ta' xoghol bil-ghaqal.

Meta dalgħodu żort ix-xogħolijiet li qegħdin isiru fi Triq it-Torri rajt kif meta ix-xogħol isir tajjeb, minkejja xi inkonvenjenti li jistgħu jinħolqu, flok ilmenti tirċievi komplimenti.

It-Taqsima tax-Xogħolijiet matul dawn l-aħħar tlett ġimgħat ħadmet bis-sħiħ sabiex inżommu mal-programm miftiehem u b’hekk ix-xogħolijiet jitlestew fil-ħin. L-ewwel fażi tal-proġett hija issa lesta wara li nqalghet it-triq u gew mghoddija s-servizzi kollha mill-gdid. It-triq reġghet infetħet għat-traffiku. Issa fadal l-aħħar fażi, ix-xogħol tal-pavimentar tal-bankini kemm ta' Triq it-Torri kif ukoll taż-żewġ sqaqien li jmissu magħha. Hadt gost nara l-pavimentar li tlesta s'issa. X'differenza mill-mod kif kienet qabel !Kont nisthi kwazi nghaddi minn hemm.

In-nies li waqfuni waqt li kont għaddej f’din it-triq kellhom kliem ta’ tifħir għal mod ta' kif imxew il-haddiema f’dan il-proġett. Kulħadd jifhem li ż-żona kummerċjali ta’ Tas-Sliema għandha tingħata attenzjoni u prijorita’ fuq l-aġenda tagħna mhux biss għal-benefiċċju tal-komunita’ Sliemiża iżda wkoll għal-kwantita’ ta Maltin u turisti li jiffrekwentaw din iż-żona.

Lejn il-Bidu tas-sena d-dieħla se nkunu qegħdin nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-pjazza Sant’Anna. Din il-pjazza li llum hija biex ngħid hekk ‘magħluqa’ se tara kambjament enormi. Fl-istess perjodu irid isir ix-xoghol ukoll fuq parti ohra ta' Triq it-Torri, il-parti li twasslek ghal Piazzetta. Eventwalment nirrangaw ix-Xatt ta' Tas-Sliema kollu. Fadal hafna xoghol, izda naslu.

No comments: