Jan 18, 2009

Impressjonat bil-volum tax-xoghol

Il-bierah filgħodu l-President tar-Republika, Eddie Fenech Adami, żar ix-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni li qed naghmlu fuq il-landfill magħluqa fil-Magħtab. Ix-xogħol intensiv li jinsab għaddej għalkemm mhux tant viżibbli mill-coastroad qiegħed iħalli impatt kbir fuq l-ambjent. Fil-fatt waqt iz-zjara tieghu l-President meta kellem lil media stqarr li kien "verament impressjonat bil-volum tax-xoghol li sar u ghadu ghaddej".

Matul l-ahhar sentejn konna qed nistallaw bjar tal-hadid u network shih ta' pajpijiet biex ikunu estratti l-gassijiet li hemm gol-landfill. Matul l-ahhar xhur gie nstallat apparat li jissejjah Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) li jitratta l-gassijiet valenużi. Tajjeb wiehed jghid li go l-'muntanja’ t-temperatura titla saħansitra sa 200 grad C, u kif wieħed jimmaġina jkun hemm ukoll nirien interni. Dan l-impjant, jieħu l-gassijiet minn 380 bir li ġew installati fil-partijiet kollha tal-miżbla, fejn ġo fihom qegħdin jinġemgħu dawn il-gassijiet li mbagħad jiġu trattati. Kieku dawn il-gassijiet velenuzi ma jinqabdux f’dawn il-bjar dawn kienu jibqghu joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent b’detriment ghas-saħħa tal-bniedem.

Dawk il-ħafna pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab, li wieħed jara hekk kif ikun għaddej mill-coastroad, huma pajpijiet li mill-bjar qegħdin imorru għal dan l-RTO, fejn il-gassijiet qegħdin jiġu maħruqa f’temperatura ta’ 1100 grad C u ma jitħallewx jikkawżaw ħsara lill-ambjent. Dawn ix-xoghlijiet ta' riabilitazzjoni fuq il-mizbliet li kellna, Maghtab, Qortin - Ghawdex u Wied Fulija s'issa swew madwar €8.4 Miljun. Il-gvern qiegħed issa jalloka € 30 Miljun biex tibda t-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni sabiex dawn is-siti jinbidlu f’parks. B'hekk minn postijiet ta' misthija jigu mibdula f'parks ghall-familja.

1 comment:

Joe said...

Mghatab:

Jekk joghbok ikkunsidra li sir trejqa li tkun twila 5 jew 10 kilometri fejn jistu jsiru tlielaq tal atletika cross country. It-trejqa ma tridx tkun asfaltata.

Insellimlek
Joe