Mar 1, 2009

Mument helu

Nhar il-Gimgha filghodu kellna mument veru helu. Konna Kastilja f'meeting mal-Prim fil-Kamra tal-Kabinett. Mument minnhom Lawrence qalilna "Ikollkom tiskuzawni 5min ghax gej grupp ta' tfal mill-iskola ta' Stella Maris biex jiltaqghu mieghi". Jien biex niccajta ghidtlu "Mela nigi mieghek ghax probabilment hemm hafna minnhom mid-distretti tieghi!" U hu hiereg qalli "Ejja mieghi". Ghidtlu "Ma tarax, kont qed niccajta". U l-Prim hareg biex jiltaqa maghhom fis-Sala tal-Ambaxxaturi.

Wara ftit jinfetah il-bieb tal-Kamra tal-Kabinett u jidhol il-PM mat-tfal kollha, kienu xi 60 tifel mal-ghalliema. Dawk kollha li kienu ghall-meeting inhsadna u konna sorprizi. Il-PM kif dahal qallhom lit-tfal "Ara hawn naghmlu l-homework ahna !" It-tfal kollha ecitati ghamlu numru ta' mistoqsijiet lil Prim. Lawrence wera li verament kien qed jiehu gost mat-tfal. Ftit qabel ma kienu se jitilqu, intervjenejt u staqsejthom "Allura intkom x'tahsbu li ghandu jaghmel l-aktar il-gvern?". Hafna mit-tfal ghollew idejhom ! "Tahdmu ghal paci", "Ikollna aktar indafa"u "Timlew it-toqob !" kienu uhud mit-twegibiet tat-tfal.

No comments: